Referenza: 1744/1985/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
BUGEJA ANGELO ET vs BUGEJA IGNAZIO
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SUCCESSJONI, KAPACITA` LI TIDDISPONI B`TESTMENT - PERSUNI LI MA JKUNUX F`SENSIHOM FI ZMIEN IT-TESTMENT
Fil-Qosor
L-artiklu 597 tal-Kodici Civili jipprovdi illi m'humiex kapaci li jiddisponu b'testment:-

dawk li, ghalkemm mhux interdetti, ma jkunux f'sensihom fiz-zmien tat-testment.

Meta wiehed f'dan il-kaz jipprova jimpunja t-testment, irid jipprova illi meta t-testatur ghamel it-testment ma kienx f'sensih. Il-piz tal-prova jaqa fuq min qed jallega - onus probendi incubit ei qui dicit non ei qui negat!'

Meta gew rinfaccjati b'kazijiet bhal dawn, il-Qrati taghna applikaw tliet principji bazici:-

1. Ir-ragonevolezza tal-kontenut tat-testment - jekk it-testment jaghmilx sens, huwiex logiku, jew le. Ir-ragonevolezza tad-dispozizzjonijiet kontenuti fit-testment hija l-kriterju li ghandu jwassal lill-gudikant biex jiddeciedi dwar l-insanita` mentali jew le tat-testatur. Il-Qrati taghna jimxu a bazi tal-principju illi jekk il-kontenut tat-testment huwa ragonevoli, allura huwalogiku illi wiehed jasal ghall-konkluzjoni illi t-testatur kien naturalment san meta ghamel it-testment. Dan il-principju huwa izjed b'sahhtu meta t-testatur, fit-testment jaghti anki r-ragunijiet u jispjega l-motivazzjonijiet li jkunu wasluh biex proprju jaghmel dawn id-dispozizzjonijiet testamentarju. L-ahjar indizzju huwa l-kontenut stess tat-testment li jista' bl-istranezza u bil-kontra-dittorjeta` tieghu jattesta ghall-istat t'infermita` mentali tat-testatur;

2. Il-kuxjenza u l-volonta` tat-testatur. Persuna tista' taghmel, ghandha l-kapacita li taghmel, testment, kemm il-darba jkollha l-konoxxenza, jigifieri li tifhem l-azzjonijiet tal-persuni madwarha u l-effetti ta' l-azzjonijiet taghha u kemm il-darba ghandha l-kapacita` li tifforma intenzjoni; u

3. il-principju enuncjat mill-Qrati Inglizi fil-kawza "Banks vs Goodfellow (1870)" fejn gie sostnut illi biex wiehed ikollu l-kapacita` li jiddisponi minn gidu permezz ta' testment, huwa jrid ikollu l-kapacita` li jifhembic-car x'inhuma l-effetti ta' dan it-testment, x'inhi, kemm tiswa, kemm hi kbira l-proprjeta` li jkun jiddisponi minnha, min huma l-persuni li jistghu jivvistaw xi pretensjonijiet fuq il-patrimonjutieghu u kif ukoll kemm huma b'sahhithom u validi minn dawn il-persuni.

Issa wiehed jehtieg li jispjega wkoll illi l-ligi tirrikjedi biss li t-testatur ikun mohhu f'postu fiz-zmien li jkun ghamel it-testment. Ghaldaqstant jekk huwa jkun ibati minn infermita` mentali, izda fiz-zmien li ghamelit-testment it-testatur ikun ghaddej minn perjodu lucidu, allura dak it-testment xorta jitqies bhalavalidu. Ghall-kuntrarju, jekk it-testatur huwa normali, izda fiz-zmien tat-testment huwa jkun qed isofri minn infermita` temporanja, allura dan it-testment mhux validu.

Il-kapacita` li wiehedjaghmel testment hija r-regola, u l-inkapacita` hija l-eccezzjoni. Ghalhekk il-prezunzjoni 'juris tantum' hija illi min jaghmel testment huwa kapaci biex jiddisponi mill-beni tieghu, salva l-prova kuntrarja, li trid issir minn min jagixxi ghall-impunjazzjoni tat-testment;

Regola ohra fondamentali hija dik stabbilita mill-paragrafu (d) ta' l-art. 634 tal-Kodici Civili [illum l-art. 597(d)],li huma nkapaci li jiddisponu b'testment dawk li fi zmien it-testment ma jkunux f'sensihom ('of sound mind'). Konsegwenza ta' din ir-regola hija li min jimpunja testment irid jipprova li fil-mument lisar min ghamlu ma kienx kpaci;

Biex wiehed jista' jagmel testment ma hemmx bzonn ta' mohh perfettament f'siktu imma huwa bizzejjed dak l-uzu limitat tar-ragjuni li huwa bizzejjed sabiex jippermetti l-kuxxjenza ta' l-agir proprju u sabiex jitqiesu d-diversi gradi ta' debulizza mentali tat-testaturi wiehed irid ihares lejn ir-ragjonevolezza o meno tad-disposizzjonijiet testamentarji.

Li biex tigi stabbilita l-insanita` mentali tat-testatur hemm bzonn li jirrizultaw indizi gravi; u m'humiex bizzejjed 'semplici congetture e possibilita`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni