Reference: 215/2003

Judgement Details


Date
19/02/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs SCICLUNA RUEBEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
VETTURA, NUQQAS TA` POLZA TA` ASSIKURAZZJONI - PROCEDURA LI TRIQ TITTIEHED SABIEX POLZA TIGI KANCELLATA
Summary
Din kienet kawza dwar sewqan minghajr kopertura assigurativa.

Fil-kaz in ezami, jidher li fil-fatt kienet inharget polza t'assikurazzjoni minn assikuratur awtorizzat u li l-appellant kien inghata certificate of insurance u li dan kien ghadu fil-pussess tieghu meta gara l-incident in dizamina.Id-ditta assikuratrici pero' qed issostni li hi kienet annullat il-polza gimghatejn qabel l-incident minnhabba inadempjenza fil-hlas tal-bilanc tal-premium da parti tal-appellant.

L-artikolu10 tal-Kap.104 jiddisponi li jekk, wara li jkun inhareg certifikat ta' sigurta' lil persuna li tkunhadet il-polza, jigri xi event dannuz u tigi moghtija sentenza mill-Qrati Civili kontra l-persuna assikutata ghad-danni konsegwenzjali, minkejja li l-assikuratur awtorizzat ikun jista' jannulla jew ihassar il-polza,jew ikun annulla jew hassar il-polza, huwa xorta jkun obbligat jinndenniza lid-daneggjati skond dik is-sentenza. Il-ligi mbaghad issemmi certi kazijiet fejn dan l-obbligu jintemm. Kaz minnhom hu dak kontemplat fis-sub-inciz (2)(c) u cioe' jekk qabel ma jigri l-event dannuz, il-polza kienet lahqet giet imhassara mill-partijiet bil-kunsens ta' xulxin jew bis-sahha tal-kondizzjonijietli jkun hemm fl-istess polza. Izda, biex dan javverra ruhu, c-certifikat tal-assikurazzjoni irid ikun gie moghti lura lill-assikuratur awtorizzat. U fejn dan ic-certifikat ma jkunx hekk gie moghti lura mill-assikurat, l-assikuratur awtorizzat irid ikun beda' procediment taht l-Ordinanza fi zmien erbatax il-jum minn meta jibda' l-effett tat-thassir tal-polza.

Issa f'dan il-kaz, ghalkemm l-impjegati u funzjonarji tas-socjeta' assikuratrici xehdu li l-polza kienet lahqet giet xolta meta sehh l-incident de quo, johrog car mix-xhieda taghhom li, jekk stess kien hekk, l-polza ma kienetx gietimhassra bil-kunsens taz-zewg partijiet u, jekk stess setghet tigi imhassara skond il-kondizzjonijiet tal-polza - haga li din il-Qorti ma setghetx tivverifika ghax il-polza ma gietx esebita - sad-data tal-incident ic-certifikat tal-assikurazzjoni ma kienx ghadu nghata lura lis-socjeta' assikuratrici. Lanqas ma jirrizulta li din is-socjeta' kienet bdiet xi procediment fil-Qorti Civili minhabba lima kienx gie moghti lura c-certifikat tal-assikurazzjoni mill-appellant entro z-zmien stipulat fl-artikolu 10 (2)(c)(iii) tal-Kap.104.

Hawnhekk gie ritenut li ladarba kienet lahqet harget polzafavur l-appellant u ma sehhewx ir-rekwiziti msemmija taht l-artikolu 10 fuq imsemmi, fid-data tal-incident dik il-polza kienet ghada vigenti w tkopri r-riskji ghal terzi persuni ghall-fini tal-Kap.104, salv imbaghad ir-relazzjonijiet interni bejn l-assikuratur awtorizzat u l-appellant assikurat, "si et quatenus". Ghalhekk isegwi li fid-data tal-incident in ezami, fil-fatt l-appellant kien ghall-fini tal-Kap.104 kopert b' polza tas-sikurta' kontra r-riskji ta' terzi u kwindi l-ewwel imputazzjonima tirrizultax pruvata w ghandu jigi liberat minnha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info