Referenza: 260/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/02/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GELLEL MICHAEL vs BORDA FRANK ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO DAMNO TEMUTO, ELEMENTI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA`
Fil-Qosor
Proprjetarju ta' fond, daqs kemm ghandu dritt igawdi mill-proprjeta' tieghu, daqstant iehor jista' jhalli l-proprjeta' tieghu fi stat ta' abbandun.

Hadd ma jista' jindahal kif u meta proprjetarju jizviluppa l-proprjeta' tieghu, u jekk ma jridx jizviluppa dik l-art, ebda cittadin iehor ma jista' jindahallu.

L-artikolu 539 tal-Kodici Civili jiddisponi illi:

"min bir-ragun jibza'li tista, minn waqt ghall-iehor, tigri hsara kbira f'fond jew hag'ohra fil-pussess tieghu, minn bini, sigra jew hag'ohra, jista' jaghmel kawza u jitlob, skond ic-cirkustanzi, illi jigu mehuda l-passi mehtiega sabiex jitnehha l-periklu, jew illi l-gar ikun imgieghel jaghti garanzija ghall-hsarat lil-attur jista' jbati."

Il-fatt li l-fond huwa antik, u li l-hsara setghet grat biz-zmien u mhux htija tas-sid, mhux rilevanti, ghax is-sid xorta wahda ghandu l-obbligu li jara li l-proprjeta'tieghu ma tkunx kagun ta' hsara ghal terzi.

Il-fatt li l-fond ghandu hsarat kbar u li jinvolvu spejjez kbar biex jigu imsewwija, lanqas ma hu rilevanti, ghax proprjetarju jrid jaghmel dak kollumehtieg biex jassigura li l-proprjeta' tieghu ma taghmilx hsara ghal jedd tat-terzi inkwilini li jgawdu l-proprjeta' bla xkiel u hsara. Anke jekk ix-xoghol ta' tiswija jkun jirrekjedi t-twaqqih u r-rikostruzzjoni tal-fond da parti tal-proprjetarju, dan xorta wahda jkun obbligat li jaghmlu, jekk danikun l-uniku mod kif tista' tigi evitata hsara lil terzi. F'dan il-kaz, pero', ma jidhrix li dan humehtieg, ghax il-periti tekinici mahtura mill-Qorti pproponew xogholijiet ta' tiswija li ghandhom isiru biex jigi evitat hsara lill-attur; dawn ix-xogholijiet, ghandhom, ghalhekk, jigu esegwiti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni