Referenza: 894/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
CAMILLERI ANTHONY vs JENSEN TESTAFERRATA NICHOLAS MARTIN PEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENSERIJA, DRITT GHAL KUMPENS GHAL SERVIGI REZI META MA JKUNX HEMM L-ELEMENTI TAS-SENSERIJA - SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, ELEMENTI TA` - SENSERIJA, META L-KUNTRATT JIGI KONKLUZ MINN WARA DAHAR IS-SENSAL - SENSERIJA, META MA JSEHHX KUNTRATT - SENSERIJA, META XI HADD JAGHTI SEMPLICEMENT INFORMAZZJONI
Fil-Qosor
Il-gurisprudenza tiddistingwi bejn dritt shih ghas-senserija u meta l-medjazzjoni ma tkunx "shiha",dritt ta' kumpens. Il-kumpens, u mhux senserija, huwa dovut meta l-operazzjoni ta' kompra-vendita li ghaliha saret il-medjazzjoni, ma tkunx sehhet. Tghallem is-sentenza imsemmija illi:-

Jekkis-sensal ikun ikkoncilja l-partijiet dwar is-sostanzjali u l-accidentali ta' l-operazzjoni, b'mod li n-negozju guridiku jigi konkjuz, allura, jekk ix-xoghol tieghu ma jkunx koronat bl-esekuzzjoni effettiva ghal xi raguni, li ma tkunx it-tort jew il-fatt tieghu, hu ghandu dejjem dritt ghall-hlas; izda mhux ghas-senserija pjena, imma ghal kumpens in bazi ghal mandat jew lokazzjoni d'opera, fissabbli diskrezzjonalment mill-Qorti.

Il-fatt li bniedem jaghti semplicement informazzjoni bla ma jaghmel xejn aktar, cioe bla ma jadopera ruhu bl-ebda mod biex ilaqqa' l-kunsens tal-partijiet, ma jaghtix dritt la ghal senserija u lanqas ghal kumpens. Biex ikun hemm lok ghal tali kumpens hemm bzonnli jkun hemm inkarigu espress jew tacitu.

Sensal jista' jkollu dritt ghall-kumpens allavolja ma jkunx wassal il-partijiet ghall-ftehim jekk dawn jabbandunaw dolozament lis-sensal biex jiddefradawh mid-drittijiet tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni