Referenza: 1139/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/02/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DEGIORGIO ALBERT vs MIFSUD DENNIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, RITRATTAZZJONI - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, THASSIR TA` DECIZJONIJIET MILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI
Fil-Qosor
It-Tribunal ghal Talbiet Zghar ma huwiex annoverabbli fost il-qrati ordinarji (Ara Artikoli 2,3 u 4tal-Kap 12). Hu cert ukoll, pero`, li dak l-istess Tribunal jezercita funzjonijiet gudizzjarji. Tal-istess speci huwa wkoll kwalsiasi Bord jew Tribunal iehor imwaqqaf b'ligijiet specjali. Eppure, imbaghad, dawn l-istess bordijiet jew tribunali ohra ma jidherx li huma prekluzi milli japplikaw in-normi tal-Kodici ta' Procedura. Dan, s'intendi, sa fejn lilhom konsentit mill-istess ligi li ikkrejathom.

Wiehed ma jsibx disposizzjoni espressa fl-Att V ta' l-1995 (Kap 380) konsimili ghal dikraffigurata fil-ligijiet specjali dwar il-kera u dwar l-arbitragg ta' l-artijiet li taghti lill-Bordijiet specjali relattivi is-setghat moghtija mill-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili lill-Prim'Awla tal-Qorti Civili. Kull ma jinghad fl-Att hu li l-Gudikatur "ikollu l-istess setgha daqs magistrat li joqghod fil-Qorti tal-Magistrati fil-kompetenza civili taghha" (Art 9 (2)(c). Kif hekkinsibu f'bosta ligijiet ohra dwar tribunali li ghandhom setghat kwazi-gudizzjarja, huwa logiku hafnal-inseriment ta' dan il-provvediment biex dan proprju jaghti lill-gudikatur jew chairman tat-tribunal il-minimu ta' certi poteri bhal dawk li jharrek, jippresta l-gurament, jiddomanda l-produzzjoni ta' dokumenti u hwejjeg korrelatati ghall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tieghu. Hekk, insibu similment f'ligijiet rigwardanti certi bordijiet u tribunali ta' appelli bhal per ezempju l-Kap 399 (Attdwar it-Telekomunikazzjonijiet) u l-Kap 406 (Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud). Dan hu ben differenti mil-provvediment tal-ligijiet specjali ezaminati li expressis jirreferu ghall-Kodici ta' Procedura.

Huwa bil-wisq evidenti mill-kumplament tal-imsemmi Artikolu 9 illi l-legislatur ma riedx illi certi disposizzjonijiet komminati mil-ligi ta' Procedura japplikaw ghall-proceduri quddiemit-Tribunal. Huwa daqstant iehor car minn natura stess tal-Att partikolari illi l-legislatur ma riedx jissoggetta d-decizjoni tat-Tribunal bl-istess mod tas-sentenzi tal-awtoritajiet gudizzjarji l-ohra, kompriz allura l-Bordijiet specjali surreferiti. Forsi din id-distinzjoni mhiex nieqsa ghal kollox minn certa gustifikazzjoni tenut rigward tal-fatt illi t-Tribunal hu presjedut minn Gudikatur lima ghandux il-kariga la ta' imhallef u lanqas ta' magistrat, kif ghandhom il-Bordijiet imsemmija.Il-kariga tieghu hi limitata fiz-zmien u la preskritta fl-Art 100 tal-Kostituzzjoni u lanqas imharsaskond is-subincizi (2) u (3) tal-Artikolu 97 tal-istess Kostituzzjoni. Dan apparti konsiderazzjonijiet ohra emergenti mill-istess Att V ta' l-1995 bhal fil-kaz tad-dritt ta' l-appell li hu wiehed limitat hafna, cirkoskritt ghal kontingenzi preskritti fl-Art. 8 tal-Att. Dan id-dritt, invece, hu regolat differentement fil-kaz tal-Kapijiet 69 u 199. Anke minn dan jidher manifest illi t-Tribunalghal Talbiet Zghar m'ghandux la l-funzjonijiet u lanqas l-attribuzzjonijiet bhal dawk rizervati mil-ligi specjali taghhom lil Bord li Jirregola l-Kera jew lil Bord dwar it-Tigdid ta' Kiri ta' Raba'.

Il-fatt li f'dan l-Att kemm f'xi artikoli tieghu rikjam specjali ghal xi disposizzjonijiet tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili ma ghandu jikkreja l-ebda perplessita zejda ghaliex hu ben notorju illi, kif rizultanti f'bosta ligijiet ohra, dawn huma cirkostanzi li fihom il-legislatur ikun espressament ried li japplikaw u jigu adottati ghac-cirkostanzi specjali tat-Tribunal. Ad exemplum fil-kaz ta' astensjoni jew rikuza (Art 5), l-appell lil din il-Qorti mid-decizjoni tat-Tribunal (Art 8), u d-dmirijiet tar-Registratur tat-Tribunal (Art 12 (2)).

Sewwa ntqal illi 'l-Attnumru V tal-1995 li waqqaf it-Tribunal ghal Talbiet Zghar jipprovdi ghall-proceduri spediti bil-minimu ta' informalita` u regoli procedurali tant li espressament jistipula li ebda procediment quddiemit-Tribunal ma jkun invalidu minhabba n-nuqqas ta' tharis ta' xi formalita` sakemm wiehed ikun mexakemm jista' jkun mal-Att jew mar-regoli maghmula tahtu (Art 9, subinciz 3).

Korrettement ukoll issokta jinghad, dejjem f'din l-istess decizjoni, illi "naturalment iridu jitharsu l-principji ta' gustizzja naturali u fondamentali ghall-smiegh xieraq quddiem Tribunal imparzjali u ndipendenti sancit fil-Kostituzzjoni u fil-Konvenzjoni Ewropeja. Fost dawn il-principji hemm ovvjament dak li, fid-determinazzjoni tad-drittijiet civili taghha minn tali Tribunal, il-parti ghandha tinghata l-opportunita` tiddefendi l-kaz taghha u certament ma tistax taghmel dan jekk ma tkunx giet bhala parti konvenuta, notifikata bit-talba kontra taghha". F'dak il-kaz il-Qorti kienet qed tidderimi materja fl-ambitu tal-Artikolu 13 tal-Att.

Il-legislatur ma hasebx ukoll ghall-provvediment tad-dritt tar-ritrattazzjoni quddiem it-Tribunal. L-invokazzjoni ghall-principju tal-ekwita` ma ggibx ghal daqshekk illi r-ritrattazzjoni hi permissibbli anke fejn dan mhux konsentit jew akkordat skond il-volonta` tal-ligi.

Jibqa' l-fatt illi anke jekk il-ligi specjali ma tipprovdix ghar-ritrattazzjonidan ma jfisserx illi m'hemmx rimedju konsimili ghal dak ottenut fil-kaz ta' decizjoni mit-Tribunal Industrijali. Dan ghaliex hu ben rikonoxxut illi l-Qrati ordinarji jibqghalhom il-gurisdizzjoni li jissindikaw l-operat ta' dak it-Tribunal f'kaz fejn dan ikun mar 'ultra vires' jew kontra r-regoli ta' gustizzja naturali jew fejn is-sentenza tkun kontra xi ligi miktuba. Dan apparti wkoll ir-rimedjukostituzzjonali biex jithassru sentenzi.

Fejn ligi partikolari ma tipprovdiex ir-rimedju, ujkun jezisti kaz ta' vjolazzjoni ta' wiehed mill-principji ta' gustizzja naturali, dan jista' jigi re-integrat mit-tribunal ordinarju "fl-assenza ta' rimedji statutorji specifici".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni