eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 102/2001/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
11/02/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MERCIECA JOHN ET vs SALIBA ANDREANNA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MERCIECA JOHN ET vs SALIBA ANDREANNA - 102/2001/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, PROVA TAL-BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - DISPONIBILITA` TA` FOND IEHOR MHIX SUFFICJENTI, IL-BZONN IRID DEJJEM JIGI PROVAT - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - KUNCETT TA` BZONN - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - RELATIVE HARDSHIP - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - SUITABLE ALTERNATIVE ACCOMMODATION
Fil-Qosor
Hija gurisprudenza ormaj pacifika li l-ewwel kondizzjoni sine qua non biex talba ghar-ripreza ta' pussess ta' fond mikri, hu x'inhu, tista' ssir taht l-artikolu 9 (b)) tal-Kap. 69, hu li jigi pruvat grad ragonevoli ta' bzonn da parti tar-rikorrenti, u li din il-prova tmiss lilu.
Huwa car illil-kelma "requires" tindika "bzonn", mhux semplici xewqa jew preferenza. Il-piz tal-prova ta' dan il-bzonn hu fuq is-sid, li jehtieg juri mhux biss illi hu qieghed jagixxi in buona fede, imma anki illi hu ghandu bzonn li jirriprendi pussess tal-fond. Certament mhux mehtieg li tigi pruvata necessita` assoluta, izda ugwalment hu cert illi jehtieg jigi pruvat grad ragjonevoli ta' bzonn.
Forsi l-kwestjoni l-izjed sostanzjali f'kazijiet ta' dan il-generu huwa jekk il-gudikant ghandux jemmenl-allegazzjoni centrali tar-rikorrenti sidien dwar il-grad tal-bzonn jew almenu jaccettax il-versjoni taghhom bhala wahda verosimili. Fuq kollox jekk irnexxielhomx jiddisimpenjaw adegwatament l-"onusprobandi" tal-bzonn impost fuqhom biex jirnexxu fit-talba taghhom. Altrimenti, l-gudikant ikollu jsostni lill-kerrej biex dan ma jigix bla bzonn disturbat fil-godiment tal-fond lokat lilu, ghax kwalunkwe zgumbrament igib tbatija u dan irid allura jkun gustifikat.
Il-bzonn kellu jkun sodisfacentement pruvat. Bzonn li ghandu iva bhala fatt jirrizulta, ma jkunx ivvintat jew kapriccjuz. Mhux mehtieg li jkun relatat ma' xi kriterji partikolari, izda fl-istess hin ghandu jkun bzonn reali umhux b'xi skop ulterjuri, li mal-bzonn "ghall-uzu personali tieghu" ma jkollu x'jaqsam xejn.
Il-Qorti ma tista' titlaq minn ebda presunzjoni illi l-hardship tas-sid, jekk ma jkollux dar, ghandughal daqshekk jitqies aktar minn dak tal-inkwilina jekk tigi zgumbrata.
Fit-tieni lok anqas ma jista' jinghad f'dan il-kaz illi hemm verament "suitable alternative accomodation" ghall-intimata ghaliex biex "alternative accomodation" jista' jitqies disponibbli ghaliha, jehtieg, kif bostra drabi ritenut, illi hi tkun tista' tokkupah bi dritt, b'titolu li legalment jaghtiha sigurta`.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta