Reference: 2/1999/3

Judgement Details


Date
11/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FALZON SALVINA ET vs AGIUS EDWARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI, EFFETT TAL-MEWT TA` PARTI FUQ - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN IKOLLU GUSTIFIKAZZJONI BIEX JUZAX IL-FOND MIKRI GHAL XI ZMIEN - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JAGHMEL ZMIEN KONSIDEREVOLI F`DAR TA` L-ANZJANI QABEL MEWTU
Summary
L-avveniment ta' mewt ta' wahda mill-partijiet, meta l-kawza ghad mhux konkluza, topera necessarjament l-interruzzjoni tal-gudizzju. Huwa ghalhekk mehtieg ghall-finijiet tar-regolarizzar tal-procediment illi ssir il-legittimazzjoni tal-atti jew it-trasfuzjoni tal-gudizzju. Dan mill-punto di vistaprocedurali.

Madanakollu, dan ma jarreka l-ebda beneficcju lil persuna li tkun dahhlet fl-atti biex b'hekk tivvanta u tippretendi fis-sustanza xi jeddijiet jew titolu partikolari fuq il-fond.Din hi materja li tibqa' mpregudikata u trid tithalla ghal gudizzju separat. Hi ghalhekk aljena ghall-finijiet tal-meritu in diskussjoni u tal-proceduri attwali. Ghall-iskop tal-kawza u tal-appell 'de quo' d-drittijiet u obbligi li kienu jippre-ezistu bejn il-kerrej originali u s-sidien jibqghu bla mittiefsa, modifikati jew mibdula, nonostante d-decess tal-kerrej. Li jfisser allura li s-sidienrikorrenti jibqghalhom interess guridiku, legittimu u attwali, biex isostnu l-appell taghhom u jfittxu l-aditu ta' din il-Qorti ta' revizjoni biex din tissindika l-apprezzament tal-Bord u tasal ankeghal konkluzjoni diversa minn dik ta' dan it-tribunal.

Dan huwa bil-wisq logiku in kwantu jekk l-appellanti jinghataw raguni ghall-aggravju taghhom dan igib it-terminazzjoni tat-titolu li kellul-inkwilin. Li jfisser allura illi jispicca wkoll it-titolu derivattiv 'ope testamentis' tas-subentrat mhux rikonoxxut. Dan fuq l-istregwa tal-principju "cessante jure dantis cessat jus adquirentis".

Meta persuna anzjana, nkwilina ta' fond, issib ruhha f'sitwazzjoni minhabba ragunijiet impellenti ta' sahha, li ma tkunx abitwalment tirrisjedi fil-fond mikri u jkollha tirrikovera ruhha f'xi istitut, dar ghall-anzjani jew ghand familjari, dan il-fatt ma jikkostitwixxix 'non uso' fit-termini stretti tal-ligi u lanqas jammonta ghall-abbandun.

L-ispjega solitament moghtija ghas-sostenn ta' dan il-principju hi dik li f'kazijiet bhal dawn ma setghax jigi eskluz illi l-kerrej ikomplijzomm id-dar lokata sabiex jekk jiddejjaq jew ifiq huwa jkun jista' jirritorna fiha.

Opportunament, minn naha l-ohra, tajjeb li jigi mfakkar ukoll il-principju l-iehor illi non-uso ta' dar ta'abitazzjoni jista' jikkostitwixxi uzu divers in kwantu jekk ikun jirrizulta li post mikri ghall-iskop ta' abitazzjoni ma jkunx qed isir uzu minnu ghal dan l-iskop ghax il-kerrej ikun abbandunah permanentement dan ikun ifisser li l-kerrej qed "juza l-fond xort'ohra milli ghall-iskop li l-fond ikungie lilu moghti b'kera".

Jiddependi ghalhekk mill-fattezzi tal-kaz partikolari jekk ghandux jigi sostenut il-principju l-wiehed jew l-iehor.

Ma jistax ikun dubitat illi l-piz tal-prova in suffragju tal-premessa dedotta fir-rikors promotur tibqa' mill-bidu sa l-ahhar fuq ir-rikorrenti sidien li jallegaw l-abbandun. Prova din li trid tkun mhux biss attendibbli izda trid ukoll tkun tali li tikkonvinci lil min irid jiggudika illi manifestament hi wahda perswasiva u minghajr ombra ta'dubbju. Dan anke ghaliex, kif drabi ohra ripetutament imtenni, f'kaz ta' dubbju fl-interpretazzjonital-fatti dak id-dubbju ghandu jmur favur il-kerrej. Dan in bazi ghall-konsiderazzjoni wkoll illil-iskop tal-ligi mhux dak li tavvantaggja lis-sid b'mod li jkun jista' japprofitta ruhu minn kwalunkwe cirkostanza biex jippriva lill-kerrej mit-tgawdija tal-haga lilu mikrija.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info