Reference: 6/1999/3

Judgement Details


Date
09/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
VELLA GORG NOE ET vs CINI CHARLES REV
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, NECESSITA` TAL-PERMESS TAL-EWWEL QORTI F`CERTI KAZIJIET - APPELL, NULLITA` TAR-RIKORS - APPELL, SENTENZA IN PARTE - RIKORS TAL-APPELL, NULLITA` TA`
Summary
L-Artkolu 231(1) kif inhu llum - jigifieri wara s-sostituzzjoni effetwata bl-Artikolu 114 tal-Att XXIV ta' l-1995 - biddel kompletament il-posizzjoni minn kif kienet qabel dan l-emending Act. L-Artikolu 231(1) qabel l-Att XXVI ta' l-1995 kien jipprovdi espressament li meta diversi kwistjonijiet f'kawza jigu maqtugha b'sentenzi separati seta' jsir appell minn kull wahda minnhom jew wara li tinghatal-ahhar sentenza ("basta li f'dan l-appell issir tismija espressa tas-sentenza li minnha jsir l-appell") jew minn kull wahda minn dawk is-sentenzi separatament. Il-legislatur, bl-iskop evidenti li kawza kemm jista' jkun ma ssirx bis-sulluzzu, u anke biex jigi evitat dilungar ghal ta' l-apposta minnmin ikollu interess li jtawwal il-proceduri, ipprovda fl-Artkolu 231(1) il-gdid li r-regola ghandhatkun li meta diversi kwistjonijiet f'kawza jinqatghu b'sentenzi separati l-appell minn kull wahda minn dawn is-sentenzi ghandha ssir wara li tkun inghatat l-ahhar sentenza; izda imbghad ipprovda ghall-eccezzjoni hekk:

Izda appell minn dawk is-sentenzi separati jista' jsir qabel l-ahhar sentenza biss bil-permess tal-qorti moghti fil-qorti bil-miftugh; u din it-talba ghal permess biex isir appell ghandha ssir jew verbalment meta tinghata s-sentenza jew b'rikors fi zmien sitt ijiem minn dikis-sentenza.

Hu evidenti li r-referenza ghal "sentenzi separati" (fil-plural) fl-Artkolu 231(1) sia kif inhu llum u sia kif kien qabel l-Att XXIV/1995 hija refenza ghal kwalsiasi sentenza preliminari jew in parte li tipprecedi l-ahhar wahda, u mhux ghal zewg sentenzi jew aktar (fl-istess kawza) li jinghataw fl-istess gurnata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info