Referenza: 73/1958/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
DEBONO MARIA ET vs MERCIECA AV. DR. PAOLO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONNESSJONI TA` KAWZA MA` OHRA, DISKREZZJONI TAL-GUDIKANT - PRECEDENT GUDIZZJARJU, SINJIFIKAT TA` - PROVA, L-PREMESSI ATTRICI GHANDHOM JIGU PROVATI ANKI FIN-NUQQAS TA` ECCEZZJONI FORMALI
Fil-Qosor
Minkejja li zewg kawzi jkunu mexjin flimkien, f'kull kawza minnhom tinghata sentenza separatament mill-ohra (ara l-Artikolu 793(3) tal-Kap. 12) Il-provvedimenti tal-ligi tal-procedura dwar kawzi konnessi huma ta' natura fakoltattiva u intizi biex il-gudikant, fl-arbitriju l-izjed prudenti tieghu, ikun jista' jirregola dawk il-kazi li jkollu quddiemu u dan konsistentement mal-principju ta' l-ekonomija u tal-logika li huma fondamentali tant ghall-procedura civili in generali kemm ghall-istitut tal-konnessjoni in partikolari.

Ghalkemm Qorti tista' liberament tillimita ruhha ghal dak li gie formalment eccepit mill-parti konvenuta u tiehu l-premessi attrici bhala konfermati in mankanza ta' oppozizzjoni specifika dwarhom mill-parti avversa, fl-istess waqt ma kien hemm xejn milli jipprekludiha li tkun ukoll sodisfatta li dak li ppremttiet l-attrici gie ppruvat u huwa legalment korrett.Ezercizzju tali jinkwadra ruhu fil-parametri ta' dak li jista' jaghmel gudikant qabel jasal ghall-gudizzju tieghu u ma jammontax ghal holqien ta' eccezzjonijiet godda.

Filwaqt li huwa pacifikuli fil-procedura nostrali ir-regola tal-precedent jew stare decisis fir-rigward ta' decizjonijiet antecedenti, li nsibu f'sistemi legali ohrajn, ma tezistix, xorta wahda l-Qrati taghna dejjem fittxewli kemm jista' jkun issaltan il-konsistenza u l-uniformita`, b'dan li meta mbaghad tinhass il-htiegata' kapovolgiment jew strapp minn linja ta' hsieb partikolari li tkun qeghda tigi segwita, allura f'dak il-kaz tali bidla tkun sorretta b'xi forma ta' elaborazzjoni biex tiggustifika tali kambjament.Tali modus operandi ma hu rikjest minn ebda parti tal-ligi tal-procedura imma jittrapela invece mill-prassi tul iz-zmien mnejn jidher li normalment hekk dejjem sar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni