Referenza: 1486/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
PACE ASCIAQ ANTHONY MARCEL NOE vs CAMILLERI JOSEPH U SALOME
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, DIFETTI ESSENZJALI - APPALT, DIFETTI MHUX ESSENZJALI - APPALT, DISTINZJONI BEJN BEJGH U - APPALT, ECCEZZJONI LI X-XOGHOL MA KIENX SKOND IS-SENGHA W L-ARTI - KWISTJONI TA` NATURA TEKNIKA - APPALT, ECCEZZJONI LI X-XOGHOL MA KIENX SKOND IS-SENGHA W L-ARTI - META L-APPALTANT IZOMM L-OPERA FORNITA LILU - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - BEJGH, DISTINZJONI BEJN APPALT U - BEJGH, RIMEDJI DISPONIBBLI LIX-XERREJ - ECCEZZJONIJIET, XOGHOL MHUX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI
Fil-Qosor
Minn dak rinvenut fil-Kodici Civili jirrizulta li r-rimedji miftuha lix-xerrej f' kaz ta' vendita huma essenzjalment dawk dettati mill-Artikoli 1390 u 1427. Rimedji li fil-kaz ta' l-ewwel artikolu bazat fuq in-nuqqas tal-kwalita` mweghda, jakkorda lix-xerrej, fil-mument tal-konsenja ta' l-oggett mibjugh, li jaghzel jew li jirrifjuta l-haga u jitlob ukoll id-danni jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' perit. Fil-kaz tat-tieni, bazat fuq il-garanzija ghad-difetti li ma jidhrux, il-ligi wkoll tassenjalu d-dritt tal-ghazla wara r-ricezzjoni ta' l-oggett, jigifieri jew li jirrecedimill-bejgh bl-azzjoni redibitorja jew li jzomm il-haga u jitlob lura dik il-bicca mill-prezz li tigistabbilita mill-Qorti u li tirrapprezenta l-valur tad-difett riskontrat, bl-azzjoni proprjament imsejha estimatorja;

Huma dawn ir-rimedji li l-ligi tipprovdi lix-xerrej u allura l-kwestjoni jekk ix-xoghlijiet sarux sew u skond l-arti u s-sengha strettament ma ticcentra xejn f' negozju guridiku bhal dan ta' komprovendita;

Premess dan li fuq gie ravvisat, huwa innegabbli illi l-kompitu fir-ricerka tal-kriterju distintiv bejn "vendita" u "locatio operis" mhux nieqes minn diffikoltajiet. Dan hu hekk rikonoxxut mid-dottrina kif ukoll mill-gurisprudenza;

Meta l-aljenant jassumi prestazzjoni "di fare" li ma tkunx limitata ghal semplici attivita' integrativa jew komplementariimma tkun attinenti ghall-istess produzzjoni ta' l-oggett, il-problema tal-klassifikazzjoni tal-kuntratt ma jkunx jista' jigi rizolt billi l-prestazzjoni tigi kwalifikata bhala accessorja ghall-bejgh. Jinthieg izda li jigi accertat jekk ir-rapport negozjali jikkorrispondix fir-realta` ghal kuntrattta' locatio operis jew appalt.

Hemm teorija li ssostni li dak li jiddistingwi l-appalt mill-bejgh huwa l-kriterju tal-"prevalenza del lavoro sulla materia". Bl-invers jinsab ritenut illi metal-appaltatur jintraprendi opra li fiha jaghti mhux biss ix-xoghol jew is-sengha tieghu, imma jfornixxi anke l-materjal, dan l-appalt huwa affini mal-bejgh.

Il-Qorti irriteniet din id-distinzjoni bhala wahda pjuttost semplicistika tal-kuncett u ma ssolvix il-problema.

Ghalhekk il-Qortighamlet referenza ghal teorija ohra li ssostni li il-kuntratt ta' bejgh jiddistingwi ruhu milli kuntratt ta' appalt minhabba l-oggett differenti, konsistenti, rispettivament f'obbligazzjoni "di dare"u obbligazzjoni "di dare" flimkien ma' obbligazzjoni "di fare", bl-organizzazzjoni tal-mezzi necessarji u b'gestjoni a riskju ta' l-appaltatur.

Meta l-prodott rikjest ikun konformi ghal tip jew mudell prorpju tal-produzzjoni ordinarja tal-bejjiegh allura l-kuntratt ikun kaz ta' bejgh ta' resfutura u mhux ta' appalt.

Tali tibqa' s-sitwazzjoni anke fejn jintalbu modifiki fl-oggett, purche jkunu marginali jew sekondarji, addottati biex jissodisfaw l-esigenzi tad-destinatarju tieghu.Minn naha l-ohra jekk il-modifiki jkunu tali li jaghtu lok ghal 'opus perfectum' intiz bhala rizultat effettiv u mixtieq tal-prestazzjoni allura l-kuntratt ikun wiehed ta' appalt.

Jekk, imbaghad, ukoll il-kuntratt ma jkunx jista' jigi kazellat taht it-tip wiehed jew l-iehor, jista' jigi kwalifikat bhala "contratto misto'.

Il-kostatazzjoni dwar jekk l-opra gietx esegwita skond l-arti u s-sengha hi materja ta' indole teknika, u dment li l-konkluzjonijiet ta' l-espert tekniku ma gewx gravament imqeghda fid-dubbju b' ragunijiet mhux privi mill-konsiderazzjoni ta' l-aspett tekniku tal-materja taht ezami l-Qorti jkollha taccetta dawn l-istess konkluzjonijiet. Dan aktar u aktar fejn l-attur nomine qua parti interessata ma pprevaliex ruhu mill-fakolta lilu moghtija mil-ligi b' talba ghan-nomina ta' periti addizzjonali.

Meta l-appaltant ikun zamm l-opera ezegwita jew ghaxid-difetti riskontrati ma jistghux jigu kwalifikati bhala sostanzjali jew essenzjali b' mod li jipprivaw il-haga mill-iskop jew l-utilita` taghha, "l-appaltatur ma jistax jigi ritenut inadempjenti pero` jibqa' obbligat li jirripara d-difetti jew jaccetta riduzzjoni".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni