Reference: 1078/1997/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AQUILINA JOHN ET vs GAUCI CHARLES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU` PERSONALI, INTERPRETAZZJONI TA` - SERVITU` PERSONALI, NATURA TA`
Summary
Hu risaput universalment u komunement f' dawn il-Gzejjer li, anke fil-kaz ta' raba bi qbiela, soltujsir bejn id-diversi gabilloti ta' appezzamenti diversi ftehim li jirregola s-servizz ta' dan ir-raba ghal dak li jehtieg: per ezempju, moghdijiet bir-rigel, bil-karru jew bil-bhima, ... l-allokazzjoni ta' l-ilma mis-sienja komuni, il-mod kif dan ghandu jigi kondott jew devjat ghall-okkorrenza, u servizzi simili. Aktar ma jkun estiz ir-raba mqabbel lil diversi gabillotti, sija jekk ikun tal-Gvernjew tal-Mensa (ossija ta' l-Isqof jew tal-Knisja kif jinghad) jew, kif ukoll jinghad, "tas-Sinjur",aktar ikun kumplikati dawn is-servigi regolati b' dan il-ftehim, specjalment f' dawk li kienu jissejhu territorji tal-fewdi jew primogenituri. U kien ikun gwaj kbir kieku l-Qrati kellhom jiddiskonoxxu dan il-ftehim semplicement ghax il-gabillotti li jaghmluh ma humiex is-sidien tar-raba, bla ma tigi provvduta teorija legali li tissanzjonah u tipprotegih. Kien ghalhekk li l-Qrati Taghna minn zmien irrikonoxxew il-legalita` ta' ftehim simili.

Huwa lecitu, b' analogija mid-disposizzjoni ta' l-art. 479(1) tal-Kodici Civili, li jigi ritenut li l-imsemmi modus operandi ta' ftehim bejn gabillotti jkollu jibqa' jsehh sakemm ikompli jippermani l-istat ta' fatt li gieghel lill-attur u lill-konvenut jaslu ghall-imsemmi ftehim.

B' ligi espressa, l-kuntratti ghandhom jigu esegwiti inbuona fede u jobbligaw mhux biss ghal dak li jinghad fihom, izda wkoll ghall-konsegwenzi kollha ta'l-obbligazzjoni skond ix-xorta taghha, bl-ekwita`, bl-uzu jew bil-ligi. Jinsab ukoll stabbilit li l-kuntratti ma jistghux jigu mhassra jekk mhux bil-kunsens tal-partijiet, jew ghall-ragunijiet permessi mil-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info