Reference: 779/2000/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AZZOPARDI VINCENT vs BLYE ENGINEERING CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, NEGLIGENZA FIT-TMEXXIJA TA` L-EWWEL KAWZA - RITRATTAZZJONI, QERQ - RITRATTAZZJONI, SENTENZA TA` L-EWWEL GRAD - FATTI LI JIFFORMAW IL-BAZI TAR-RITRATTAZZJONI JRIDU JKUNU SARU MAGHRUFA LIR-RITRATTAND WARA LI JKUN GHALAQ IZ-ZMIEN TA` L-APPELL
Summary
L-Artikolu 812 tal-Kap. 12 jiddisponi illi "ir-ritrattazzjoni ta' kawza deciza b' sentenza moghtijaminn qorti ta' l-ewwel grad, u li ghadiet f' gudikat, tista' tinghata ukoll, fuq talba tal-partijietli jkollhom interess, f' kull wiehed mill-kazijiet imsemmijin fl-ahhar artikolu qabel dan, basta lil-parti tkun giet taf bil-fatti illi minhabba fihom titlob ir-ritrattazzjoni, wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell";

Fil-kaz ta' decizjonijiet minn Qorti ta' prim' istanza l-ligi tirrikjedi tassattivament xi haga ohra. Dak cjoe li r-ritrattand jehtieglu jiddemostra u jissodisfa ukoll bhala pre-kondizzjoni ghall-aditu tat-talba tieghu illi hu ser jaf bil-fatti li jintitolawh iressaq it-talba tar-ritrattazzjoni wara li kien skorra z-zmiem ta' l-appell.

L-Artikolu 811(a) tal-Kap. 12 jipprovdi ghal ritrattazzjoni "jekk is-sentenza tkun ittiehdet bil-qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara ta' l-ohra".

Il-Qerq, ghall-finijiet ta' dan l-artikolu, kellu jkun tali li minghajru l-parti l-ohra ma kienetx tigi kundannata, u l-ommissjoni jew l-insufficenza ta' difiza m'humiex kawza gusta ghal ritrattazzjoni.

Hija dottrina tradizzjonali illi jekk il-parti ma giebitxil-prova mhux minhabba d-dolo tal-parti l-ohra, izda ghan-negligenza taghha, ma tkunx tista' wara li jkun hemm sentenza li ghaddiet in gudikat, tmur ghar-rimedju hekk straordinarju fil-procedura gudizzjarja.

Mhux koncepibbli l-qerq naxxenti mill-fatt u cirkostanza li kienu ghal kollox notilill-persuna li suppost giet imqarrqa u li kienet konsapevoli taghhom. Jekk imbaghad il-qerq jirrisjedi fil-fatt li xi Qorti giet sgwidata, allura wkoll ma jistax jissussisti l-qerq fit-termini ta' dan is-subinciz ghaliex ir-ritrattand kellu kull opportunita` u facilita` li jgib dan il-fatt li minnu issa qed jillamenta a konjizzjoni tal-Qorti fil-mument opportun u a tempo debito.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info