Reference: 3/1997/2

Judgement Details


Date
28/06/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
GATT LUDGARD ET vs CASSAR PAULINE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, IL-BZONN MA JINTITOLAX LIS-SID GHAR-RIPRESA TA` FOND KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN
Summary
Il-fatt illi l-inkwilin ikun persuna anzjana, bl-ebda mod ma jipprekludih la li jkompli jaghmel in-negozju, anke jekk b'ritmu ridott, u wisq anqas ma jcahdu mid-dritt illi jkompli jzomm mahzen li jkunghalih mehtieg biex fih izomm merkanzija ta' negozju li hu, forsi wkoll minhabba l-eta' avanzata, kien jehtieg illi bil-mod il-mod izarma.

Fil-kaz ta` non uso ta' hanut, huwa doveruz li jigi provat li n-negozju kien baqa' attivat ghall-bejgh ta' merkanzija, (anke hawn mhix eskluza r-riduzzjoni fl-attivita' kummercjali minhabba cirkostanzi li jiggustifikawha bhal eta' avanzata), billi f'danil-kaz in-non uso tal-hanut jipprovoka dannu lill-avvjament bi pregudizzju ovvju ghal sid il-kera.

F`kaz ta` non uso ta' mahzen kull ma jehtieg li jigi provat hu il-fatt illi l-inkwilin kienu baqa' jutilizza, u dan mhux kapriccjosament jew taparsi, l-fond ghad-destinazzjoni unika tieghu biex fih tigi mqeghda l-merkanzija ta' negozju. In-non uso f'dan il-kaz kellu allura jkun provat fi grad wisq oghla minn dak mehtieg fil-kaz ta' hanut. Dan ghaliex, mhux eskluz li f'certi cirkostanzi jista' jigri li l-mahzen jkun ghadu qed jigi uzat anke jekk in-negozju li kien iservi kien gie likwidat jew kien fil-process li jigi likwidat. F'dan ir-rigward hu car illi l-gudikant kellu latitudini ta' apprezzament biex jistabilixxi meta l-inattivita' ta' l-inkwilin li jutilizza l-fond biex fih jahzen il-merkanzija setghet tigi kwalifikata bhala non uso ghall-finijiet tal-ligi.

Is-sid hu intitolat li jiehu lura fond mikri ghal skop ta' negozju, kif definit fl-artiklu 2 ta' l-Kap 69, bissjekk l-inkwilin ikun moruz fil-hlas tal-kera jew jekk l-inkwilin jaghmel hsara kbira fil-fond, jew finalment, jekk ma jkunx qed juza l-fond ghall-iskop li ghalih kien inkera. Il-bzonn tas-sid ma jintitolahx jirriprendi l-fond mikri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info