Referenza: 726/1990/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/06/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
PACE MICHAEL vs MICALLEF RICHARD NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CAUTIO IURATORIA, SA META TRID ISSIR IT-TALBA GHAL
Fil-Qosor
L-artikolu 900 (1) tal-Kap 12, jipprovdi illi t-talba ghall-cautio iuratoria tird issir "qabel ma l-kawza (l-appell) tigi mqeghda fuq il-lista ghas-smiegh".

Dan seta biss jigi interpretat fis-sens li d-data ta' meta l-kawza, ossia l-appell ikun gie mqieghed fuq il-kawza ghas-smiegh, kellhabilfors tkun dik tal-jum ta' l-ewwel smiegh taghha. Hu dakinhar li l-kawza tkun qeghda fuq il-listaghas-smiegh l-ewwel darba. Id-digriet li bih il-Qorti tappunta l-kawza ghall-gurnata li fiha kellha tinstema' ma seta' bl-ebda mod jigi kwalifikat li kien f'dak il-jum li l-kawza kienet qed titqieghed fuq il-lista tas-smiegh. Dan kien digriet kamerali moghti mill-Qorti biex jirregola l-procedura, li ma kienx bhala regola accessibbli ghall-partijiet u li bl-ebda mod ma kien materjalment iqieghed il-kawza fuq il-lista tas-smiegh. Dan il-fatt isehh meta d-digriet moghti mill-Qorti jigi obdut mir-Registratur u jittiehdu l-passi amministrattivi biex, skond dik l-ordni, il-kawza titqieghed fuqil-lista tas-smiegh u l-appellant u l-appellat jigu mharrka ghas-smiegh tal-kawza f'dak il-jum.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni