Reference: 2581/2000/1

Judgement Details


Date
11/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PETER ARRIGO LTD vs CILIA AVV.DR. CHRISTOPHER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI, ECCEZZJONIJIET GHAL ESKLUZJONI TA` - GURISDIZZJONI, GURISDIZZJONI RESIDWALI TAL-QRATI MALTIN - GURISDIZZJONI, PERMISSIBILITA` TA` ESKLUZJONI - GURISDIZZJONI, TRIBUNAL ESTERU
Summary
Dwar il-kwestjoni tal-inkompetenza tal-Qrati ordinarji minhabba deroga mahluqa minn klawsola ta' gurisdizzjoni, il-ligi tal-Procedura tistabilixxi li l-fatt wahdu li jkun hemm qorti ohra barranija lijkollha gurisdizzjoni konkorrenti ma jeskludix minn qabel il-gurisdizzjoni tal-Qrati Maltin. Jidherli dak l-artikolu japplika fejn ikun hemm diga' kawza dwar l-istess haga jew konnessa maghha li qeghda tinstama' minn qorti barranija. Jekk ma jkunx hemm kawza bhal dik diga' mibdija, jidher li s-setgha li Qorti Maltija tqis u tisma' l-kawza tiddependi mill-kriterji li normalment isejsu l-gurisdizzjoni tal-Qrati maltin skond l-artikolu 742(1) tal-Kap 12;

Madankollu, x'ghandha taghmel il-Qorti meta parti fi ftehim tkun qablet li kwestjoni li jkollha mal-parti l-ohra trid titressaq quddiemQorti barranija u, minflok, tressaq azzjoni quddiem il-Qorti Maltija biss? It-twegiba ta' din il-mistoqsija jiddependi mis-siwi li l-Qrati taghna jaghtu ghal klawsola bhal dik. Sa minn zmien ilu, il-Qrati taghna taw gharfien lill-klawsoli gurisdizzjonali, u dan l-izjed taht is-sahha tal-principju tal-liberta' kuntrattwali tal-partijiet u l-iehor li pacta sunt servanda, u jigifieri li jekk parti tkun intrabtet b'patt li kwestjoni kellha titresssaq quddiem qorti jew tribunal partikolari, dik ir-rabta ma setghetx tintesa jew titwarrab jekk mhux bi qbil bejn kulhadd. Izda ghalkemm kien hemm xi ftit kazijiet fejn l-ezistenza ta' klawsola bhal dik wasslet biex il-Qorti qisitha bhala wahda tassattiva li tnehhi l-gurisdizzjoni taghha, il-bicca l-kbira tad-decizjonijiet huma fis-sens li l-Qrati Maltin ghandhom kull jedd li jezercitaw diskrezzjoni jekk iwarrbux il-gurisdizzjoni taghhom taht is-sahha ta' klawsola bhal dik. Dan il-hsieb jaqbel sewwa ma' dak li tipprovdi espressament il-ligi taghnallum, u l-fehma l-izjed accettata hija li klawsola bhal dik ma tistax titfisser bhala li tezawtoraghal kollox u minn qabel il-gurisdizzjoni tal-Qorti li mqar tistharreg il-kwestjoni;

Minhabbali l-kwestjoni tal-gurisdizzjoni hija ta' siwi krucjali, kull dispozizzjoni li timmira li twaqqaf l-ezercizzju minn Qorti tas-setghat taghha ghandha tinghata tifsira dejqa u preciza;

L-effettli l-eccezzjoni tal-klawsola gurisdizzjonali ggib maghha huwa, kif tghid il-ligi, jew li tehles lill-imharrek milli jibqa' izjed fil-kawza, jew li ttemm il-procediment jekk ikun jidher lill-Qorti li l-kawza mressqa f'Malta, jekk kellha titkompla, kienet sejra tkun vessatorja, oppressiva jew ingustaghall-parti mharrka. Izda dan kollu jiddependi minn jekk il-Qorti tkunx, qabel, waslet ghall-fehma li, minkejja tali klawsola, hija xorta wahda ghandha s-setgha li tisma' l-kawza. Normalment fis-sistema procedurali Malti, l-eccezzjoni li titlob it-twaqqif ta' smigh tal-kawza sakemm tinqata' ohra litkun marbuta maghha hija msejsa fuq dak li jipprovdi l-artikolu 793 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta'Malta, liema artikolu jitkellem dwar smigh fl-istess waqt taz-zewg kawzi li jkun hemm dik ir-rabtabejniethom, fis-sens li l-kawza mressqa t-tieni fuq suggett marbut ma' kawza mressqa qabilha tinstama' flimkien ma' dik imressqa l-ewwel, taht il-principju tal-ius preventionis;

Is-soprasessjoni tista' b'mod eccezzjonali tinghata meta tali smigh fl-istess waqt taz-zewg kawzi ma jkunx jista' jsir, izda, billi hija eccezzjoni ghar-regola generali li kull kawza ghandha tinstama' sakemm tigi maqtugha, trid tinghata dejjem taht kundizzjonijiet li ghandhom ikunu serji bizzejjed biex dan isir. Kemm hu hekk, inghad sahansitra f'sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, li l-eccezzjoni tas-soprasessjoni fis-sens li l-Qorti ghandha tieqaf milli tkompli tisma' kawza bhala tali, fis-sistema proceduralitaghna, m'hijiex kontemplata ghaliex l-eccezzjoni li l-Kodici tal-Procedura Civili jikkontempla hija l-eccezzjoni maghrufa bhala lis alibi pendens u din l-eccezzjoni tipprospetta necessarjament li jkun hemm zewg kawzi ghaddejjin fl-istess waqt pendenti quddiem il-qrati li jkollhom l-istess mertu;

Huwa minhabba f'hekk li l-Qrati jqisu s-soprasessjoni bhala provvediment ordinatorju mholli fid-dehen tal-Qorti li quddiemha titressaq talba bhal dik. Provvediment bhal dan huwa meqjus bhala wiehed interlokutorju u, ghalhekk, ma jorbotx lill-Qorti li tkun tatu jekk tqum il-htiega li tibdel il-fehma taghha aktar 'il quddiem, jekk tintwera raguni tajba biex taghmel dan;

Ghalhekk ukoll,il-provvediment tas-soprasessjoni jitqies bhala pass mhux ordinarju li jissospendi s-smigh ta' kawza, meta n-norma hija, kif inghad, li kawza li tinbeda ghandha tinstama' sa ma tinqata'. Kemm hu hekk,il-provvediment tas-soprasessjoni tqies bhala wiehed "alejatorju" li, minhabba t-termini ebsin tal-Kodici Procedurali dwar is-smigh taghhom, jista' jwassal ghad-dezerzjoni tal-proceduri mwaqqfa. Ghalbosta snin, il-Qrati taghna sabu li t-twaqqif ta' smigh ta' kawza biex tistenna l-ezitu ta' kawza ohra li diga' tressqet jew sakemm titressaq wahda fuq punt eccezzjonali huwa rakkomandat biss fil-kazmeta jkun hemm lok ghas-soluzzjoni ta' xi punt li minnu tabilfors tiddependi l-kawza li sejra titwaqqaf;

Hawnhekk irid jinghad li l-Qorti tifhem li hemm differenza kbira bejn li wiehed jghid li Qorti m'ghandhiex il-gurisdizzjoni li tisma' kawza u li wiehed jghid li ghandha tieqaf milli tisma' l-kawza sakemm isiru l-proceduri quddiem tribunal iehor li jista' jkollu gurisdizzjoni wkoll. Danjinghad ghaliex hija l-ligi nnifisha li tghid li, f'kaz bhal dan, il-gurisdizzjoni tal-Qorti Maltijatibqa' tghodd. Kif inghad qabel, biex il-Qorti taqtaghha li twaqqaf is-smigh tal-kawza li tkun tressqet quddiemha, jridu jikkonkorru bosta konsiderazzjonijiet;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info