Referenza: 9/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/12/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs DEBATTISTA GLENN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DOKUMENT PUBBLIKU, DEFINIZZJONI TA` - KOMPARIXXI, INDIKAZZJONI TAL-FATTI
Fil-Qosor
Kif spiss gie ritenut minn din il-Qorti - u kif inhi, del resto, prassi inveterata - ir-rekwizit ta'"il-fatti ta' l-akkuza", imsemmija fis-subartikolu (2) tal-Artikolu 360, ikun sodisfatt jekk il-prosekuzzjoni tuza il-kliem testwali tad-disposizzjoni tal-ligi li tohloq ir-reat li jkun qed jigi ipotizzat bl-imputazzjoni. Huwa veru li l-prosekuzzjoni setghet, ghal aktar kjarezza, tghid fl-imputazzjoni li l-att awtentiku u pubbliku in dizamina kien licenzja ta' vettura (il-kelma "licenzja" tissemma biss fit-tieni imputazzjoni); pero` tali karenza ma ggibx in-"nullita`" tal-akkuza - sia jekk ta'l-akkuza (jew, ahjar, imputazzjoni) per se u sia jekk tac-citazzjoni. Kif ukoll gie ritenut diversidrabi, minkejja l-emenda introdotta bl-Ordinanza IX ta' l-1911, ic-citazzjoni baqghet xorta wahda semplici "avviso a comparire" u mhux il-bazi ta' l-imputazzjoni; l-imputazzjoni tigi formalment maghmula fl-istadju kontemplat fis-subparagrafu (i) tal-paragrafu (i) tal-Artikolu 374 tal-Kodici Kriminali, rez applikabbli ghal proceduri ex officio bil-paragrafu (c) tal-Artikolu 375 (u fil-kaz tal-Qorti Istruttorja, meta r-rapport jigi konfermat bil-gurament fl-istadju kontemplat fl-Artikolu 390(1)).L-iskop tas-subartikolu (2) tal-Artikolu 360 hu sabiex l-imputat ikun mill-bidu nett f'posizzjoni li jkun jista jiddefendi ruhhu adegwatament, b'mod ukoll li f'kawzi sommarji huwa jressaq il-kaz u l-provi tieghu fl-istess gurnata li jitressaq quddiem il-qorti u s-sentenza tinghata wkoll f'dik il-gurnata (Art. 377(1)). Ghalhekk, jekk "il-fatti ta' l-akkuza" ikunu gew redatti b'tali mod li l-imputat ma jkunx jaf b'xhiex qed jigi verament akkuzat, sia ghal dawk li huma fatti u sia ghal dik li hijaligi, huwa jista' jew igib din il-lanjanza a konjizzjoni tal-qorti sabiex il-qorti tordna lill-prosekuzzjoni tkun aktar cara jew, wara li l-prosekuzzjoni tkun ghalqet il-kaz taghha - u allura l-imputat ikun certament jaf x'inhuma l-fatti li jkunu qed jigu imputati - jitlob differiment biex ikun jista' jipprepara d-difiza tieghu.

Licenzja tas-sewqan skaduta tammonta ghal dokument pubbliku ubhala tali taghti fidi pubblika tal-kontenut taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni