Referenza: 755/94 /L1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/06/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
CUTAJAR JOHN vs AQUILINA PETER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ENFITEWSI, NUQQAS TA` RIKONOXXIMENT TA` UTILISTA GDID - ENFITEWSI, RIKONOXXIMENT TA` UTILISTA GDID
Fil-Qosor
Meta l-akkwirent ta' utile dominju ma jkunx gie maghruf mill-padrun dirett, ic-censwalist originalikif ukoll l-akkwirent huma solidalment obbligati jhallsu lill-padrun dirett ic-cens li jiskadi fiz-zmien il-pussess tal-akkwirent.

Biex ic-censwalist jigi ezonerat mill-hlas tac-cens anke warailli jkun ittrasferixxa l-fond lil terzi, hu kien irid jipprova illi d-direttarju kien irrikonoxxa bhala censwalist tieghu lill-persuna lil min il-fond ikun gie trasferit. In mankanza ta' dan l-gharfien, ic-cenwalist jibqa' tenut responsabbli ghall-hlas tac-cens u tal-obbligazzjonijiet kollha fil-kuntratt tal-koncessjoniji enfitewtika izda tali responsabbilita' ma tibqax esklussiva tieghu imma ssubentra maghha l-obbligazzjoni tal-akkwirent biex hu wkoll jaghmel tajjeb ghall-hlas tac-cens dovut.

Il-ligi tohloq relazzjoni guridika ex lege bejn l-utilist il-gdid u d-direttarju ghalhekk l-utilista l-gdid ma jistghax jeccepixxi n-nuqqas ta' relazzjoni guridika bejnu u d-direttarju. Ir-relazzjoni guridika bejniethom tinholoq ex lege appena hu jkun akkwista l-utili dominiju minghand ic-censwalist. L-artikolu 1509 tal-Kap. 16 infatti jipprospetta jew il-kaz ta' relazzjoni guridika diretta konsegwenzjali ghall-gharfien tas-sub-utilista mid-direttarju jew alternattivament il-holqien tar-relazzjoni guridika indiretta naxxenti mill-obbligu tal-akkwirent favur id-direttarju li hi wkoll jaghmel tajjeb ghall-hlas tac-cens personalment ghaz-zmien li jaghlaq waqt li l-fond ikun fil-pussesstieghu kif ukoll ghat-tiswija tal-hsarat kollha fl-istess zmien.

Nuqqas ta' indikazzjoni tas-snin li taghhom kien qed jintalab ic-cens fl-att tac-citazzjoni ma jgibx in-nullita' imma jista' jigi sanat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni