Reference: 55/2003

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs SCERRI DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, PROCEDURI KRIMINALI GHAL NUQQAS TA` HLAS TA` - OBBLIGU FIZ-ZWIEG - MANTENIMENT, PROCEDURI KRIMINALI GHAL NUQQAS TA` HLAS TA` - RELAZZJONI BARRA MIZ-ZWIEG
Summary
Is-subartikolu (z) tal-artikolu 338 tal-Kap. 9 jghid testwalment hekk :-

"Huwa hati ta' kontravvenzjoni kontra l-ordni pubbliku kull min -

(z) meta hekk ordnat minn xi Qorti jew hekk marbut b'kuntratt jonqos li jaghti lill-martu jew tonqos li taghti lil zewgha, is-somma iffissata minndik il-Qorti jew stipulata fil-kuntratt bhala manteniment ghaliha jew ghalih u, jew, ghall-ulied fizmien hmistax il-jum minn dak il-jum li fih, skond dik l-ordni jew dak il-kuntratt, ikollha tithallas dik is-somma."

Din id-dispozizzjoni hadet post l-artikolu 352(xx) introdott bl-Att XIV tal-1983 li kien jghid :-

"When so ordered by a court fails to give to his wife such sum, fixedby that Court as maintenance for her and, or, his children, within fifteen days from the day on which, according to such order, he should pay such sum".

Fiz-zewg kazijiet il-kontravvenzjoni kienet u baqghet tikkonsisti fil-fatt li l-konjugi - ir-ragel - jonqos li jaghti lill-konjugi l-iehor"his wife" il-manteniment iffissatt u ordnat minn Qorti u bl-ahhar emmenda meta xi wiehed mil-konjugi sija jew ikun ir-ragel jew il-mara tonqos li thallas lill-konjugi l-iehor is-somma iffissata mill-Qorti jew b'kuntratt jew ghall-dak il-konjugi jew ghall-uliedu. Illi kif inhi din id-dispozizzjoni jidher li tirregola biss inadempjenza fl-osservanza ta' digrieti ta' manteniment jew kuntratti bejn konjugi cioe' persuni mizzewgin.

Koncepibbilment fejn ma jkunx hemm relazzjoni ta' zwieg jista' jigi nvokat l-artikolu 338 (y) tal-Kap.9, li kien gie introdott bl-ATT XXI tal-1993 u li jghid:-

"Huwa hati ta' kontravvenzjoni kontra l-ordni pubbliku, kull min -

(y) bhala genitur ihalli lill-uliedu fil-bzonn, jew bhala parti fiz-zwieg thalli l-parti l-ohra fil-bzonn, minhabba hajja bla qies jew nuqqas ta' kont ghax-xoghol."

Din id-dispozizzjoni hadet post u ssostitwiet l-artikolu 352 (x) tal-Kap 9 li kien jghid :-

"bhala kap tal-familja, ihalli fil-bzonnlill-mara jew lit-tfal, minhabba hajja bla qies jew nuqqas ta' kont tax-xoghol."

Issa filwaqt li d-dispozizzjoni l-gdida ma ssemmiex aktar lil kap tal-familja - li necessarjament jimplika stat ta' zwieg - u ssemmi biss persuna li "bhala genitur ihalli lill-uliedu fil-bzonn", u dan allura jkun japplika anki fil-kaz ta' ulied naturali w mwielda barra miz-zwieg, pero' f'dan ir-reat l-elementmaterjali tal-kontravvenzjoni jinkludi mhux il-hlas ta' manteniment ordnat minn Qorti jew miftiehemb'kuntratt, imma l-hajja bla qies jew nuqqas ta' kont ghax-xoghol. Fatti dawn li jridu jigu pruvatioltre n-nuqqas ta' manteniment, fis-sens li dejjem gie ritenut li jekk ma jigux pruvati dawn l-elementi din il-kontravvenzjoni ma tissusistix. F'kull kaz pero' l-appellant ma giex akkuzat u misjub hati ta' din il-kontravenzjoni kontemplata fis-subinciz (y) imma taht dik kontemplata taht is-subinciz(z).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info