Reference: 1316/1998/1

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
DINGLI AV. DR. KEVIN F. ET NOE vs SURGIQUIP LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, AB OMISSA DECISIONE - KONTRO-TALBA, KOMPENSAZZJONI TA` KREDITI - SENTENZA, AB OMISSA DECISIONE - SENTENZA, KANONIZZAZZJONI TA` AMMONT F`VALUTA ESTERA - SENTENZA, KORREZZJONI TA`
Summary
L-Artikolu 825 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi li:

825. (1) Id-disposizzjonijietta' dan it-Titolu ma jimpedux lill-qorti, fuq rikors ta' wahda mill-partijiet, li ghandu jigi nnotifikat lill-parti l-ohra, milli tikkorriegi b'digriet, f'kull zmien, xi zball ta' kalkolu li jkun sarfis-sentenza.

(2) Lanqas ma jimpedixxu lill-qorti milli tikkorregi zbalji fil-kliem uzat fis-sentenza, jew milli tbiddel espressjonijiet li ma jkunux cari, jew li jistghu jiftiehmu xort'ohra minn dak li kif jidher car riedet tfisser il-qorti, kemm-il darba jsir rikors ghaldaqshekk fi zmien tletin gurnata minn dak in-nhar tas-sentenza, u f'dak il-kaz, iz-zmien moghti minn dan il-Kodici ghall-appell mis-sentenza li tkun giet hekk ikkorregguta, jibda jghaddi minn dak in-nhar taddigriet moghti fuq it-talba ghall-korrezzjoni.


Dan l-artikolu ma jikkontemplax kazi ta' meta l-qortitonqos li tiddecidi xi talba fic-citazzjoni. Dan l-artikolu jipprospetta biss kazi ta' zball ta' kalkolu li jkunu saru fis-sentenza u korrezzjoni ta' zbalji fil-kliem jew tibdil ta' espressjonijiet mhux cari uzat fis-sentenza.

Appell ab omissa decision mhux disponibbli skond ma jipprovdi l-Artikolu 235 tal-Kap 12, biss il-parti interessata ghandha d-dritt li, fi zmien hmistax-il jum minn dak inhar tas-sentenza, titlob lill-qorti ta' l-ewwel grad li taqta' dik it-talba.

U Fin-nuqqas "...kull wahda mill-partijiet tista', f'kull zmien li jkun, titlob quddiem il-qorti ta' l-ewwel grad, bil-mezz ta' citazzjoni, id-decizjoni tat-talba li ma gietx deciza."

Ma jidhirx li dan in-nuqqas ghandu jwassal ghall-dikjarazzjoni ta' nullita` tas-sentenza appellata. Hawnhekk gie ikkonsiderat li s-sentenza tal-prim' istanza kienet tikkonforma mal-provvedimenti tal-Artikoli 218 u 219 tal-Kap 12. Inoltre l-provvedimenti ta' l-Artikolu 235 fuq citat juru li meta qorti tonqos li tiddecidi xi wahda mit-talbiet dan ma jgibx nullita` fis-sentenza.

Huwa minnu li t-tpacija ssehh 'ipso jure' u anke minghajr ma jafu d-debituri, "hekk kif ikunu jezistu zewgt idjun fi zmien wiehed"; infatti kif jghid is-subinciz (2) ta' l-Artikolu 1196 tal-Kap. 16 meta jigri hekk dawn "jinqatlu wiehed bl-iehor sa fejn ikunu ndaqs." Issa fi proceduri ghall-kundanna tal-konvenut ghal hlas ta' somma,dik is-somma tigi dovuta hekk kif tinghata s-sentenza. Ghalhekk jekk f'dawk il-proceduri tigi proposta kontro-talba, li wara kollox ghandha l-aspetti kollha ta' citazzjoni indipendenti, u bhala rizultat jkun jidher li l-konvenut huwa wkoll kreditur ta' l-attur, anke b'rispett lejn il-principju li ma ghandux jkun hemm multiplicita` ta' proceduri zejda bejn l-istess kontendenti, l-krediti reciprocighandhom jigu pacuti.

Dan kollu huwa rifless f'dak li jinghad fil-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta fejn hija kontemplata l-procedura specjali ta' rikonvenzjoni. Infatti l-Art. 396 tal-Kap. 12 jipprovdi hekk:

"Fil-kawzi, l-konvenut jista' jaghmel kontro-talba kontra l-attur, basta li din il-kontro-talba tkun konnessa mat-talba ta' l-attur kif sejjer jinghad hawn taht:
meta l-kontro-talba tal-konvenut tkun gejja mill-istess fatt, jew mill-istess kuntratt jew titolu li minnu tkungejja t-talba ta' l-attur; jew
meta l-iskop tal-kontro-talba tal-konvenut huwa li jpaci l-kreditumitlub mill-attur, jew li b'kull mod iehor igib fix-xejn l-azzjoni ta' l-attur jew li jimpedixxi l-effetti taghha."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info