Reference: 840/1997/1

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
LAY LAY CO. LTD. ET vs SEYCHELL MICHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HAJT DIVIZORJU, DEMEL JEW HWEJJEG OHRA KORROZIVI JEW NIEDJA LI JMISSU MA`
Summary
Is-subincizi (c) u (d) ta' l-Artikolu 419 jiddisponu espressament li:

"Ebda wiehed mill-girien ma jista':-
. . . omissis . . .

(c) iqieghed demel jew hwejjeg ohra korrozivi jew nidjab'mod li jmissu mal-hajt komuni; u
(d) jigma mal-hajt komuni, trab jew hwejjeg ohra, minghajr majiehu l-hsieb sabiex dan il-gmiegh ma jaghmilx b'rass jew xort'ohra, hsara lill-gar l-iehor."

Dawn ir-regoli ta' bon vicinat huma ntizi sabiex ma ssirx hsara fil-hitan divizorji li jifirdu proprjetajiet adjacenti, u ghalhekk mhux biss ma jippermettux il-gar li jigma materjal li jista' jaghmelhsara ma' l-imsemmi hajt izda jimponu obbligu fuq il-gar li jiehu azzjonijiet preventivi sabiex jevita kull possibilita` ta' hsara.

L-indagini li trid taghmel il-Qorti jikkonsisti li fl-ewwellok taccerta ruhha jekk kienitx qed issir jew kienx hemm hsara fil-hajt divizorju; u fit-tieni lok,darba stabbilit li tezisti din il-hsara, tistabilixxi (a) jekk il-livell tal-hamrija fil-fond tal-konvenut jikkontraveniex id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 419 fuq citat u li konsegwentement kien f'livell tali li jista' jikkaguna hsara fil-hajt divizorju u (b) f'kaz li dan jirrizulta, tistabilixxi jekk il-hsara li tkun giet kostatata fl-indagini preliminari, gietx kkawzata minhabba l-materjal jew hamrija li tinsab pogguta mal-hajt divizorju jew alternattivament jekk tali hsara grat minhabba ragunijiet indipendenti mil-livell tal-hamrija fil-fond tal-konvenuti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info