Referenza: 410/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GALEA ALFRED DR PRO ET NOE vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, GURISDIZZJONI DWAR DISKRIMINAZZJONI ALLEGATAMENT SOFFERTA - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR
Fil-Qosor
Aggravju konsistenti fi kritika ta' l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' certi policies ta' l-ippjanar li ghamel il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar huwa generalment insostenibbli quddiem il-Qorti ta' l-Appell billi tali kritika tkun ta' spiss marbuta ma' apprezzamenti teknici ta' l-ippjanar, li din l-Qorti ta' l-Appell, bhala norma, ma tistax tirrevedi.

Meta quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar isiru allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni, il-Bord huwa kompetenti biex jinvestigahom ghall-finijiet tal-Ligi li jkun qieghed japplika cioe` l-Att numru 1 tal-1992. Pero`, huwa daqstant iehor kompitu u dover ta' min jaghmel tali allegazzjoni ta' diskriminazzjoni li jghamel prova sufficcjenti u adekwata ta' l-allegazzjoni tieghu. Dan in omagg ghall-principju baziku procedurali li: "Onus probandi incumbit ei qui dicit, non ei qui negat".

Naturalment biex wiehed jaghmel prova sodisfacjenti tad-deskriminazzjoni ma jistax jillimita ruhhu li sempliciment jindika numru ta' kazijiet, li skond hu, gew trattati mill-awtorita` differentement. Tkun trid issir prova li verament tissodisfa lill-gudikant u mhux provi approssimattivi li meta taghsarhom ma jwasslu mkien.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni