Referenza: 1395/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/06/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
GRISCTI ALFRED E vs BUGEJA RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBELL FAMUZ
Fil-Qosor
F'kaz ta' libell famuz gurnalist ghandu dritt jikkummenta dwar l-operat tal-attur li kien allura jokkupa kariga pubblika ta' responsabbilita'. Kull kumment anke jekk iebes u azzardat kien permess ukoll jekk jikkreja inkonvenjent lill-persuna li lejha jkun dirett pero' kellu jkun dejjem salv il-principju li l-kumment kellu jkun bazat fuq fatti li jkunu sostanzjalment korretti. Kellhom ikunu sostanzjalment korretti fil-mument meta saret il-pubblikazzjoni.

Ma kienx allura lecitu illi jigu attribwiti bhala fatti li graw semplici supposizzjonijiet jew ipotesijiet li l-awtur jahseb jew jimmagina li setghu jsehhu fi zmien futur. Dan ifisser illi l-fatt illi sussegwentement dik l-ipotesijew supposizzjoni tavvera ruhha ma kienitx tiggustifika l-pubblikazzjoni ta' allegazzjoni malafamanti fiha nfisha bhala fatt li sehh. Naturalment ikun divers il-kaz fejn jigu pubbikati cirkustanzi fattwali li graw u jkunu provati u li minnhom l-artikolista jislet certi konkluzzjonijiet ragunati uragjonevoli. F'dan il-kaz il-fatti veru li dwarhom ikun sar il-kumment ikunu allura dawk ic-cirkostanzi li dwarhom kien lecitu li jsir kumment. Kumment dwar fatti mhux veritjeri ma jibqghax kumment imma jammonta ghal agir libelluz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni