Referenza: 458/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/12/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
TABONE IMELDA ET vs GALEA AGNES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI TA` JATTANZA, ELEMENTI TA` - AZZJONI TA` JATTANZA, MILLANTAZZJONI
Fil-Qosor
Skond il-gurisprudenza, biex tirnexxi azzjoni ta' jattanza iridu jinkonkorru sitt elementi. Dawn l-elementi huma:

a) l-attur irid ikun fil-pussess, almenu de facto u prima facie, tal-oggett lijkun qed jikawtela;

b) il-konvenut ikun, bil-miktub, ressaq pretensjoni fuq dak l-oggett, l-esercizzju ta' liema pretensjoni tkun ghad trid tigi;

c) il-pretensjoni trid tkun spontanea,u mhux provokata bl-agir tal-attur;

d) il-pretensjoni irid ikollha l-karattru li tista' tigiesecitatata b'azzjoni gudizzjarja;

e) il-millantazzjoni jkollha skop determinabbli, specifikujew kapaci li jigi specifikat;

f) il-pretensjoni m'ghandhiex tkun kondizzjonata, jew tiddependi minn fatt li jista' jigri u ma jigrix.

Il-htiega tal-ispontaneata` tal-millantazzjoni huelement diversi drabi ribadit mill-gurisprudenza. Allegazjonijiet maghmula in proprja difesa f'attigudizzjarji wara l-provokazzjoni ta' haddiehor ma jistghux iservu bhala bazi tal-gudizzju ta' jattanza.

Il-provokazzjoni mhux mehtiega li ssir b'xi att gudizzjarju izda trid tirrizulta cara utindika b'mod inekwivoku l-opposizzjoni ghal xi dritt pretis jew gawdut mill-parti l-ohra. Kif intqal fil-gurisprudenza, m'hemmx millantazzjoni meta l-mezzi ta' difiza adoperati, jkunu necessarji ghall-konservazzjoni jew protezzjoni ta' dawk id-drittijiet, u jkunu determinati minn necessita` jew kawtela guridika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni