Reference: 974/1999/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
MICALLEF RICHARD ET vs MID-MED BANK PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH IN SUBBASTA, SOSPENSJONI TAL-PROCEDURI FUQ TALBA TAD-DEBITUR
Summary
L-artt. 326 u 353(2) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jghidu hekk:

326. (l)L-irkant jew il-liberazzjoni ghandhom dejjem jitwaqqfu fuq talba tad-debitur bil-kunsens tal-kreditur, jew fuq talba tal-kreditur bil-kunsens tad-debitur, u, f'dan il-kaz, kif ukoll meta t-twaqqif isir minhabba impediment legittimu iehor, ghandhom jinhargu avvizi godda sabiex l-irkant jissokta.

(2) Jekk it-twaqqif ta' l-irkant jigi mitlub mid-debitur jew minn terza persuna, minghajr il-kunsens tal-kreditur, it-talba ma tigix milqugha, kemm-il darba, flimkien maghha, ma titqighedx f'idejn ir-registratur, somma illi, fil-fehma ta' dan, tkun bizzejjed biex taghmel tajjeb ghall-ispejjez li jsiru minhabba t-twaqqif.

(3) Ma tigix lanqas milqugha t-talba ghat-twaqqif ta' l-irkant,illi, minghajr il-kunsens tal-kreditur, tigi maghmula f'anqas minn sitt ijiem qabel il-jum iffissatghall-irkant, kemm-il darba min jaghmel it-talba ma jahlifx f'idejn ir-registratur, illi r-raguni tat-twaqqif inqalghat f'dak iz-zmien, inkella, illi hu ma kienx jaf b'dik ir-raguni qabel dak iz-zmien.

(4) Kull min ghandu interess jista' jaghmel rikors li bih jitlob lill-qorti tirrevoka contrario imperio d-digriet taghha li bih tkun awtorizzat it-twaqqif ta' l-irkant jew tal-liberazzjoni ul-qorti ghandha tisma' lill-partijiet b'mod sommarju qabel ma taghti d-digriet taghha. Kull digriet bhal dan ma jista' jigi kkontestat f'ebda qorti.

353. (2) Jigi wkoll imwaqqaf l-irkant ta'l-immobbli mitlub mill-kreditur, kemm-il darba d-debitur jipprezenta immobbli iehor li jkun bizzejjed biex bih jithallas il-kreditur, bla ebda xkiel jew tfixkil.

Dawn iz-zewg artikoli ghandhomjinqraw flimkien ghax it-terminu li fih tista' ssir it-talba tad-debitur ghat-twaqqif huwa mahsub biex il-qorti jkollha zmien bizzejjed biex taghmel l-istharrig mehtieg bla ma jkollha ghalfejn twaqqaf il-bejgh sakemm tasal ghad-decizjoni. Ghalhekk it-terminu hu mahsub biex il-proceduri ma jitwaluxghalxejn u ma jkunx hemm spejjez zejda sabiex jissokta l-irkant fil-kaz li jkun instab li ma kienxhemm raguni tajba biex il-bejgh ma jsirx.

Li rridu naraw mela hu jekk il-proprjetà mressqa kinitx bizzejjed biex biha tithallas is-socjetà konvenuta, "bla ebda xkiel jew tfixkil". Naturalment,id-dejn li rridu nqisu huwa dak li ghall-hlas tieghu saru l-proceduri tal-bejgh sub hasta; kull dejn iehor ma jitqiesx ghall-ghanijiet ta' l-art. 353(2).

Ma kienx bizzejjed ghad-debitur li jipprezenta stima - li lanqas ma kienet imwettqa bil-gurament - tal-proprjetà: kellu wkoll juri illima kien hemm ebda xkiel jew tfixkil biex il-proprjetà tinbigh u jithallas il-kreditur. Kellu ghalhekk juri illi dik il-proprjetà kienet hielsa minn kull ipoteka jew privilegg li jiggradwaw qabel dawktal-kreditur. Lanqas ma hu mehtieg illi l-kreditur juri li kien hemm kawzi ta' preferenza ta' terzi; kien imiss lid-debitur li juri li ma kien hemm ebda "xkiel jew tfixkil" bhal dak.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info