Referenza: 1/2002/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
ARCIDJAKNU TAL-KATTIDRAL vs AWTORITA TA' L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AWTORITA` TAL-IPPJANAR, APPLIKABILITA` GHALL-PROPRJETA` TAL-KNISJA - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL MINN DECIZJONIJIET PARZJALI TA`
Fil-Qosor
Il-Ftehim bejn is-Santa Sede u Malta ffirmat fit-28 ta' Novembru 1991, Ii huwa anness bhala skeda mal-Att numru IV tal-1992 dwar il-Propjeta tal-artijiet Ekklezjastici kien intiz sabiex jirrigola it-trasferiment lill-Istat ta' dik il-proprjeta' mmobbiljari f'Malta hemm indikata li kienet deskrittabhala li ma hijiex intiza mill-Knisja Kattolika ghal skopijiet pastorali u ghad-definizzjoni ta' certi kwistjonijiet li ghandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat dwar l-istess proprjeta' kollha li jirreferi ghaliha l-istess Ftehim. Tali Ftehim sar parti mill-Ligi ta' Malta bil-promulgazzjoni tal-Att IV tal-1992 tat-12 ta' Gunju 1992 kif provdut fl-artikolu 10 tal-istess Att.

L-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp kif sussegwentement emendat gie promulgat fit-28 ta' Ottubru 1992, att li ta' adittu ghall-holqien tal-Awtorita' tal-Ippjanar u l-poteri taghha hemm indikati,inkluz sistemi ta' appell, inkluza l-procedura ta' appell minn decizjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar.

Ma hemm l-ebda dubju li ghal dik il-proprjeta' mmobbli tal-Knisja u tal-entitajiet ekklesjastici li baqaw proprjeta' tal-istess u ma kienux jinvolvu trasferiment lill-Istat skontl-imsemmi Ftehim, ma hemm l-ebda disposizzjoni tal-Ligi, inkluz fl-emendi ghall-Kap 356, li b'xi modjindikaw li l-istess proprjetajiet ma humiex suggetti ghall-istess disposizzjonijiet tal-imsemmi Att, u ghalhekk skont id-disposizzjonijiet kollha tal-istess Kap 356, l-istess proprjeta' mmobiljari tal-entitajiet ekklesjastici huma wkoll soggetti ghall-istess Att.

Ma jistax isir appell minndecizjoni parzjali tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Jekk isir tali appell, il-Qorti ghandha l-obbligu li tqajjem hija stess marte proprio l-eccezzjoni tan-nullita` tal-appell stante li tirrigwardanullita' ta' att gudizzjarju. Il-kliem tal-ligi huwa car u ma tantx ihalli lok ghal interpretazzjoni differenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni