Reference: 147/1998/1

Judgement Details


Date
24/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
LAFERLA MARY ROSE vs CAMILLERI PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI
Summary
Il-kerrej anke minghajr il-kunsens preventiv tas-sid, ma huwiex inibit milli jaghmel dawk il-modifikazzjonijiet necessarji fil-fond b'mod li jkun jista' jkollu godiment ahjar skond il-bzonnijiet tieghu, purke` dawn ikunu ta' entita` zghira, ma jippregudikawx id-drittijiet tal-proprjetarju jew ibiddlu n-natura tal-fond u fl-ahhar tal-lokazzjoni l-fond ikun jista' jitqieghed fl-istat pristinu.

Tista' tghid li l-gurisprudenza taghna, kemm tal-passat, kemm dik aktar recenti, hi konkordi ma' dan id-dottrina. Dottrina li, fil-verita`, ipprovat tiddefinixxi, mhux minghajr utilita`, certi riljievi specjali tal-principju.

Jinsab akkolt ukoll f'bosta sentenzi illi "biex wiehed jara x'modifikazzjonijiet huma legittimi jew le, ghandu jhares lejn ic-cirkostanzi partikolari tal-kaz u, specjalment, ghall-professjoni, arti jew mestier tal-kondutturi, ghall-uzu li ghalih ikun gie mikri l-fond; ghall-kunsens espress jew tacitu tal-lokatur, u anke ghall-epoka li fiha jkunu saru l-modifikazzjonijiet".

Il-kwestjoni, essenzjalment wahda ta' fatt, u li fiha tirrientra wkoll certa relattivita`, hi mhollija ghall-prudenzjali apprezzament tal-gudikant.

Kamra tal-banju, kcina utoilet jistghu jitqiesu tabilhaqq necessarji, u ghalhekk accettabbli ghall-ahjar tgawdija u kumdita` tal-inkwilini. Ix-xoghlijiet mhux biss ma biddlux in-natura tal-fond izda pjuttost abbellewh u rrendewh aktar apprezzabbli bil-benefikati ntrodotti. Xoghlijiet dawn li jistghu wkoll jigu rimossi meta tispicca l-lokazzjoni.

Il-kuntest il-gurisprudenza in effetti iddeterminat il-parametri li fihom l-inkwilin seta' jassigura t-tgawdija tal-fond mikri skond id-destinazzjoni tal-kirja. "Hughalhekk li f'dawn il-parametri l-gurisprudenza tqis li certi xoghlijiet ma jirrikjedux il-kunsens tas-sid".

Biex il-ksur ta' patt kontrattwali f'kuntratt ta' kiri jaghti lok ghax-xoljiment tal-kuntratt, skond il-ligi civili, jew ghall-zgumbrament skond il-ligi specjali, il-ksur irid ikun evidentement ta' xi gravita` apprezzabbli u proporzjonata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info