Referenza: 2177/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AMATO GAUCI PHILIP ET vs AGIUS ANGELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI
Fil-Qosor
Il-procedura tar-ritrattazzjoni hi ta' indoli eccezzjonali, tant li fil-kaz partikolari s-subinciz in ezami jippermetti s-smiegh mill-gdid tal-kawza "jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin".

L-applikazzjoni hazina timmanifesta ruhha meta jkun hemm vjolazzjoni espressa, cara, mhux soggetta ghal interpretazzjoni jew razjocinji jew argumenti.

Il-Qorti f'gudizzju ta' ritrattazzjonima tistax tidhol, bhal fil-kaz ta' appell normali, sabiex tezamina jekk fatt hekk kif stabilit mill-Qorti fis-sentenza attakkata kienx zbaljat jew le; izda sabiex tistabilixxi jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-Ligi trid tiehu bhala bazi unika il-fatt hekk kif stabilit minn dik il-Qorti.

Gudizju ta' interpretazzjoni ta' fatt dubjuz jew kontrovers, jigifieri gudizji fejn il-gudikat fuq il-bazi ta` att, jinterpreta l-volonta` dubbja u oskura tal-partijiet huma gudizji sovrani ta' dakil-gudikant insindakabbli fil-gudizzju ta' ritrattazzjoni.

Biex jigi eradikat id-dritt ghalritrattazzjoni, ir-rikorrent irid jipprova bil-premessa tieghu illi l-Qorti applikat il-ligi l-hazina u mhux li applikat il-ligijiet tajba b'mod hazin.

Jekk l-interpretazzjoni tal-fatti, il-valutazzjoni u l-apprezzament tal-provi, ma jaghtux lok ghal ritrattazzjoni in kwantu dawn huma attributi li jispettaw esklussivament lill-gudikant li jissindika u jiddeciedi l-mertu, multo magis ma jaghtix lok ghal ritrattazzjoni l-ezercizzju ta' diskrezzjoni u gudizzju mill-gudikant moghti lilu espressament mil-ligi.

Difficilment, imbaghad, il-Qorti tista' taccetta ir-referenza ghall-Artikolu 4(1) tal-Kap 199 bhala meritevoli ta' konsiderazzjoni jew akkoljiment meta s-sentenza ritrattata mkien ma dahlet fil-kwistjoni tal-kompetenza li, inoltre, wkoll lanqas biss ma giet eccepita. Sewwa imbaghad gie rilevat mil-atturi illi in virtu tal-Artikolu 774 tal-Kap 12, fl-istadju ta' l-appell, il-Qorti ma setghetx lanqas 'marte proprio' tqajjem il-kwestjoni tan-nuqqas tal-gurisdizzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni