Reference: 106/2003

Judgement Details


Date
21/11/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs D'AGOSTINO KEVIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DAR MATRIMONJALI, ABBANDUN TA` - DAR MATRIMONJALI, RAGION FATTASI - RAGION FATTASI, DAR MATRIMONJALI
Summary
Meta l-konjugi jistabilixxu d-dar matrimonjali skond l-Artikolu 3A tal-Kodici Civili, huma jkollhomdritt ta' tgawdija ugwali ta' l-imsemmija dar; huma ghandhom jitqiesu bhala "ko-possessuri" tad-darmatrimonjali indipendentement minn jekk id-dar tkunx tappartjeni, cioe` bhala proprjeta`, kollha kemm hi jew sehem minnha lil parti wahda mill-mizzewgin (ara s-subartikolu (2) tal-Artikolu 3A imsemmi). Bhala ko-possessuri, kull wiehed mill-konjugi ghandu dritt jaghmel uzu ragjonevoli mid-dar b'mod li ma jipprivax lill-parti l-ohra mit-tgawdija ragjonevoli tal-istess dar. Il-konjugi jibqghu hekk ko-possessuri anke jekk parti minnhom, fil-pendenza ta' kawza ta' seperazzjoni, titlaq mid-dar matrimonjali, sakemm ma jkunx hemm ordni ta' qorti kompetenti li tiddetermina min mill-konjugi ghandu jibqa', pendente lite, f'dik id-dar ad eskluzjoni tal-parti l-ohra (Artikolu 46, Kap. 16). Kieku kien modiehor, cioe` kieku l-parti li thalli d-dar matrimonjali pendente lite titlef id-dritt taghha ta' tgawdija tad-dar u d-dritt li x'hin trid terga' tidhol f'dik id-dar, anke jekk temporanjament, tigi nieqsa incentiva kbira ghar-rikonciljazzjoni bejn il-partijiet; u, kif inhu risaput, il-ligi tiffavorixxi r-rikonciljazzjoni (ara l-Artikoli 37(2), 42(1) U 58(1) tal-Kap. 16). Ma huwiex korrett l-appellant meta jikkontendi li ghax martu abbandunat id-dar matrimonjali hi "ddekadiet mid-dritt ta' l-uzuu l-pussess tad-dar". Id-dekadenza li tikkommina l-ligi meta parti fiz-zwieg titlaq mid-dar matrimonjali hija fir-rigward tad-dritt ghall-manteniment mill-parti l-ohra, u dana biss kemm-il darba l-parti li tkun telqet mid-dar tirrifjuta minghajr raguni valida li tirritorna lura f'dik id-dar (Artikolu 6, Kap. 16). Ghalhekk, meta fil-pendenza ta' kawza ta' separazzjoni parti fiz-zwieg thalli d-dar matrimonjali - u salv dejjem sakemm ma jkunx hemm ordni tal-qorti kompetenti skond it-tieni parti tal-Artikolu 46 imsemmi - il-parti l-ohra ma tista' taghmel xejn intiz sabiex jimpediha milli jkollha access liberu ghad-dar matrimonjali. Veru li l-parti li tkun halliet id-dar matrimonjali ma jkollhiexil-pussess "materjali" tad-dar u tal-oggetti fid-dar, izda jkollha dejjem il-pussess "legali". S'intendi, dan ma jfissirx li minn jibqa' fid-dar matrimonjali ma jistax jiehu dawk il-prekawzjonijiet ragjonevoli sabiex jassigura, per ezempju, li terzi persuni li ma ghandhomx dritt jidhlu fid-dar ma jidhlux. Tali prekawzjonijiet ragjonevoli jistghu jkunu jirrikjedu t-tibdil tac-cavetta tal-bieb ta'barra; pero` jekk isir hekk irid jigi assigurat mill-banda l-ohra li l-parti li tkun halliet id-darmatrimonjali jkollha l-possibilita` li tidhol fid-dar x'hin trid, u, jekk tkun trid, anke li tibqa'f'dik id-dar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info