Referenza: 2269/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/11/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CRANES & COMMERCIAL SALES LIMITED vs MICALLEF LAWRENCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA` PROPRJETA`, TRASFERIMENT TA` HWEJJEG MOBBLI - VETTURA, PROPRJETA` TA` - VETTURA, TRASFERIMENT TA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 1347 tal-Kodici Civili jipprovdi illi "l-bejgh hu perfett bejn il-partijiet, u, kwantu ghall-bejjiegh, il-proprjeta` tal-haga tghaddi ghand ix-xerrej, malli jsir il-ftehim fuq il-haga u fuqil-prezz, ghalkemm il-haga tkun ghad ma gietx ikkunsinnata u lanqas ma jkun ghad thallas il-prezz;u minn dak il-hin il-haga nfisha tibqa' ghar-riskju u ghall-uzu tax-xerrej";

Fl-istat prezenti tal-ligi ma ghadhiex rikjesta taht l-Att XVII ta' l-1993: Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kapitolu 364) li ssostitwixxa il-Kapitolu 68, il-formalita` ta' l-iskrittura ghal fini ta' xiri u trasferiment ta' vetturi.

Ghalhekk il-gurisprudenza fis-sens illi meta jsir negozju ta' vetturi lima jsirx bil-miktub dan ikun null u inezistenti ipso jure u ma jistax iservi bhala titolu ta' azzjoni f' kawza m'ghadiex aktar applikabbli.

F'materja ta' bejgh ta' mobbli il-proprjeta` tal-haga venduta tghaddi fil-proprjeta` ta' l-akkwirent malli jsir ftehim fuq l-oggett u l-prezz. Dan jattalja ruhu mad-disposizzjoni generali ta' l-Artikolu 994 tal-Kapitolu 16 li jghid li di regola l-proprjeta` tigi trasmessa b' effett tal-kunsens tal-partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni