Reference: 2424/2000/1

Judgement Details


Date
29/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
DEGUARA CARUANA GATTO KONTESSA MARIA TER vs GRIMA PHILIP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ENFITEWSI, OBBLIGU TAL-UTILISTA LI JZOMM IL-FOND FI STAT TAJJEB WAQT L-ENFITEWSI
Summary
Il-kompitu u l-obbligu tal- utilista' kif jemergi mill-ligi stess, u cioe' li jimponi fuqu d-doverielenkati fl-artikoli 1505 u 1507 tal-Kodici Civili, m'ghandiex thalli dubju dwar liema huma l-obbligi rikjesti minnu. Fit-terminu tal-artikolu 1505 tal-Kodici Civili, l-utilista ghandu jzomm u fiz-zmien li jmiss irodd il-fond lura fi stat tajjeb. Inoltre fit-termini tal-artikolu 1507 tal-istess Kodici, hu dmir tieghu li jesegwixxi kull obbligu li skond il-ligi ghandhom is-sidien ta' bini jew artijiet. Jekk wiehed jabbina dawn iz-zewg obbligi flimkien, facilment jifhem ghaliex fid-dottrina kifukoll fil-gurisprudenza ta' dawn il-Qrati, gie deciz li l- obbligu tal-utilista ma jieqafx filli jaghmel ix-xoghol ta' manutenzjoni ta' rutina, izda minn zmien ghal zmien, skond il-htiega, jaghmel dakkollu necessarju biex il-fond jinzamm fi stat tajjeb ta' manutenzjoni, u anke li jimmeljorah jekk ikun il-kaz. Jigifieri, jekk il-fond oggett tal-enfitewsi jipprezenta difetti, hsarat jew nuqqasijietohra, id-dover tac-censwalist, tal-utilista, huwa illi ma jhallihx jiddeterjora, li jirreparah u lijimmeljorah".

Fil-kuntratt li bih jigi moghti cens, hemm dejjem il-patt, jekk ukoll ikun sieket u ma jinkitibx, li l-enfitewta ghandu d-dmir mhux biss li ma jhallix li l-artijiet moghtija b'cens ma jmorrux lura, izda li ghandu jgibhom il-quddiem u jaghmel ix-xogholijiet mehtiega sabiex igibhom il-quddiem.

Jekk l-utilista jkun ha post b'cens fi stat li kien jipprezenta certu nuqqasijiet, kellu d-dover mhux biss li ma jhallihx ikompli jiddeterjora izda li jirranga dak li kien hemmhazin, u jgibu 'l quddiem, ghax l-oneru tieghu huwa dak ta' utilista li jippossjedi 'utli dominus'.Hu ghandu dan l-obbligu wkoll, ghaliex bin-nuqqas ta' manutenzjoni, kwalunkwe hsara li tkun diga tezisti, tiddeterjora.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info