Referenza: 868/1983/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
SCERRI JOSEPH vs CARUANA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - SERVITU`, KREAZZJONI BID-DESTINAZZJONI TA` SID TA` ZEWG FONDI - SERVITU`, KWALUNKWE DUBJU DWAR SUSSISTENZA GHANDU JMUR FAVUR IL-FOND SERVJENTI - SERVITU`, STILLICIDJU
Fil-Qosor
Ghall-finijiet tas-servitu` kreata bid-destinazzjoni tas-sid ta` zewg fondi il-kawza guridika li tkun holqot is-separazzjoni taz-zewg fondi hija irrilevanti. Tali separazzjoni tista` tinholoq bl-aljenazzjoni ta` wiehed miz-zewg fondi jew minn porzjon ta` l-istess fond.

Ir-rekwizit essenzjalita' din ix-xorta ta' servitu` 'per destinazione del padre di famiglia' hi dik li kien dan is-sid taz-zewg fondi li qieghed jew halla l-haga fl-istat li minnha titnissel is-servitu`.

Altrimenti,ma jista' qatt jinghad li s-servitu` kienet valutata u giet krejata b'att ta' volonta` tal-istess persuna proprjetarja li ddestinat li l-proprjeta` taghha tkun gawduta meta tigi trazmessa lil terzi bil-mod kif is-servitu` minnu krejata tkun timponi. Jekk xi wahda miz-zewg proprjetajiet tkun diga` ghaddiet fil-proprjeta` ta' haddiehor u ma tkunx baqghet tal-istess proprjetarju, is-servitu` ma' jista' qatt jigi konsidrat li giet krejata bil-volonta` tal-istess persuna wahda proprjetarja, imma trid necessarjament jitqies li se mai tkun giet krejata bil-konkors tal-kunsens tas-sidien taz-zewg proprjetajiet. F'din l-eventwalita` hu ovvju li l-holqien tas-servitu` ghandu, per forza, isir tramiteatt pubbliku u b'hekk biss jista' jigi provat'.

Il-ligi, ex Artikolu 445 Kod. Civ. Tohloq presunzjoni cara illi 'kull sid ghandu jibni l-bjut tal-fond tieghu b'mod li l-ilma tax-xita ma jaqax fuq il-fond tal-gar'. Inoltre, anke jekk is-servitu` tal-katusi in diskussjoni seta' kien, gratia argomenti, fil-hsieb tas-sid originarju, hi dottrina u gurisprudenza pacifika illi mhix koncepibbli l-krejazzjoni ta' servitu` fuq il-fond proprju - nemo ipsi servitutem debet.

Jibqa' l-fatt illil-konvenzjoni dwar il-kostituzzjoni ta' servitu`, jew l-ezercizzju taghha, ghandha tigi interpretataf'sens restrittiv u kull dubju dwar din il-materja ghandha tigi rizolta a favur is-sid tal-fond servjenti.

Molestja ta' dritt hija ritenuta bhala 'dik li jkollha bhala oggett taghha pretensjoni fuq il-proprjeta` tal-haga, jew fuq kwalunkwe zmembrament tal-proprjeta` (per ezempju, servitu`),jew anke fuq il-pussess fis-sens strett tal-kelma, liema pretensjoni tikkostitwixxi offiza permanenti lill-proprjeta` jew lill-pussess'.

Sabiex tigi mixurata l-gravita` tal-molestja wiehed iridihares mhux biss lejn in-natura imma anki lejn il-posizzjoni u s-sitwazzjoni tal-fondi u lejn l-anterjorita` tal-pussess.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni