Reference: 2/1997/1

Judgement Details


Date
12/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FARRUGIA MARY GRACE vs FARRUGIA STEPHEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, ILLEGITTIMITA` TAL-KONVENUT JEW TA` L-ATTUR - NOTIFIKA, DIRETTA - NOTIFIKA, INDIRETTA - NOTIFIKA, PERSUNA INKAPACI - RITRATTAZZJONI, META WAHDA MILL-PARTIJIET FIL-KAWZA MA TKUNX PERSUNA LEGITTIMA - RITRATTAZZJONI, NOTIFIKA LIL PERSUNA INKAPACI
Summary
In-notifika ta' atti gudizzjarji tista' ssir direttament lill-parti interessata jew indirettament.

Il-proviso ghall-Artikolu 187 (1), Kap 12, jiddetta illi "l-kopja ma tistax tithalla . . f'idejn persuna, li, minhabba mard tal-mohh, ma tistax taghti xiehda ta' dik in-notifika." Il-ligi, imbaghad, tohloq il-presunzjoni illi persuna titqies li hi kapaci li taghti dik ix-xhieda sakemm ma jigix ippruvat il-kuntrarju, u n-notifika ma tistax tigi attakkata bhala irregolari, ghal wahda minn dawn ir-ragunijiet, jekk jinsab illi fil-fatt il-kopja tkun waslet f'idejn il-persuna li lilha kellha tkun innotifikata".

L-Artikolu 811(c) jipprovdi ghar-rimedju ta' ritrattazzjoni fejn "wahda mill-partijiet ma tkunx persuna legittima, kemm il-darba ma tkunx giet moghtija u deciza l-eccezzjonita' illegittimita`".

L-Artikolu 780 jipprovdi illi "l-eccezzjoni dwar l-illegittimita` ta' l-attur jew tal-konvenut tista' tinghata, meta l-wiehed jew l-iehor huwa inkapaci skond il-ligi biexjoqghod f'kawza, inkella biex iharrek jew jigi mharrek fl-isem u fl-interess ta' haddiehor, minghajrma jkun awtorizzat skond il-ligi ghaldaqshekk".

L-Artikolu 781, imbaghad, jiddefinixxi min m'huwiex kapaci biex joqghod f'kawza bhala attur jew bhala konvenut. Inter alia, "l-persuni furjuzijew mohhom marid u kull persuna ohra li ma jkolliex l-ezercizzju jew l-amministrazzjoni libera tal-jeddijiet li fuqhom tkun il-kawza, hlief il-persuna ta' dak li skond il-ligi jkollu f'idejh dik l-amministrazzjoni jew ta' kuratur 'ad litem'" (subparagrafu (b).

Huwa pacifiku illi "l-eccezzjonita' illegittimita` tal-persuna hija ta' natura perentorja u ghalhekk tista' tigi moghtija f'kwalunkwe stadju tal-kawza" Konsegwentement, kif issokta jigi rilevat, din l-eccezzjoni hi tali li tirrendinulli l-atti gudizzjarji u tista' tigi sollevata fis-sede ta' l-appell u ghandha tigi milqugha ankijekk is-sentenza tal-prim' istanza kienet sostanzjalment gusta, barra minn hekk din l-eccezzjoni taghti lok ghar-ritrattazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info