Reference: 84/1997/1

Judgement Details


Date
12/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BEZZINA JOSEPH vs SEGUNA FILIPPA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX GARAGE JEW REMISSA JIKKWALIFIKAW BHALA HANUT GHALL-FINIJIET TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - GARAGE - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - KUNCETT TA` BZONN - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - META JMUT IS-SID FIL-MORI TAL-KAWZA - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - STALLA
Summary
Meta f'remissa ma jigi ezercitat l-ebda bejgh jew negozju, u ma tigix ezercitata ebda sengha jew arti, ma jirrendix dik ir-remissa bhala hanut fis-sens tal-ligi tal-kera.

Hu pacifikament akkoltf'gurisprudenza konkordi illi biex wiehed jirriprendi l-pussess ta' garage jew ta' remissa ad uzu privat jehtieg li jipprova l-element tal-bzonn. Bzonn li ghandu iva bhala fatt jirrizulta, li ma jkunx ivvintat jew kapriccuz imma li ma hux mehtieg li jkun relatat ma' xi kriterju partikolari. Infatti ma japplikawx ghal kiri ta' garaxx ghall-uzu domestiku konsiderazzjonijiet ta' hardship u l-paragun bejn it-tbatija tas-sid jekk ma jirriprendix il-pussess tal-fond u dak tal-inkwilin jekk jigi minnu zgumbrat ma jregix f'dawn il-kazijiet.

Bzonn determinat bhala gustifikat mill-Bord ma jigixnullifikat jew rez inattwabbli in vista tal-mewt tar-rikorrenti. Apparti li d-dritt ta' ripreza ottenut bis-sentenza jintiret mill-eredi tar-rikorrenti, fil-kaz de quo gie ukoll pruvat illi dan l-istess bzonn kien necessitat fil-kaz ta' membru tal-familja tar-rikorrent.

Gie osservat illi f'kaz ta' garage jew remissa ghandha tapplika biss l-ewwel parti ta' l-Artikolu 9 (b) tal-Kap 69, cjoe` dik il-parti li tghid: "Jekk sid il-kera ikun irid il-fond (barra minn hanut) ghalih inifsu jew ghall-axxendent jew dixxendent tieghu mid-demm jew bi zwieg, jew ghal huh jew ghall-ohtu".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info