Reference: 1536/1999/1

Judgement Details


Date
12/11/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD MARIO vs MIFSUD CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, JISTA` JINTUZA` KULL ELEMENT PROBATORJU LI JKUN JINSTAB FIL-PROCESS - PROVA, META L-ONERU JINQALEB MINN PARTI GHALL-OHRA - PROVA, ONERU TAL-PROVA TA` FATT HUWA MIXHUT FUQ MIN JALLEGAH U MHUX MIN JICHDU - PROVA, PIZ TA`
Summary
Huwa minnu illi l-oneru tal-prova jinkombi fuq min jallega fatt u mhux fuq min jinnegah. Dan jghiduespressament l-Artikolu 562 tal-Kap 12.

Tajjeb f'dan l-istadju li jigi precizat illi l-principju tal-oneru tal-provi ma jfisserx illi d-dimostrazzjoni tal-fatti kostituttivi tad-dritt pretiz trid tigi rikavata esklussivament minn provi offerti minn min huwa gravat b'dan l-oneru. Dan ghaliexdejjem jistghu jigu utilizzati elementi probatorji ohrajn akkwiziti fil-process, in kwantu fl-ordinament guridiku taghna jvigi l-principju li r-rizultanzi istruttorji jistghu jigu ottenuti bi kwalsiasi mod, anke indipendentement mill-inizzjattiva tal-parti, basta jikkonkorru flimkien u indistintament ghall-konvinciment tal-gudikant. Fil-verita` xejn ma hu eskluz, lanqas l-uzu ta' prova fornita minn parti li kapaci tforni elementi favorevoli lill-kontro-parti.

Konformement ma' dan il-kuncett hemm dak li l-piz probatorju tal-konvenut in sostenn tal-eccezzjonijiet tieghu tinsorgi fih unavolta l-attur minn naha tieghu ikun gab prova ta' fatt jew fatti li jsostnu l-bazi tat-talba tieghu. Dan ghaliex l-insufficjenza jew in-nuqqas tal-prova tac-cirkostanzi dedotti mill-konvenut biex jikkumbatti l-pretensjoni attrici ma tiddispensax lill-attur mill-oneru li adegwatament jiddimostra l-legittimita` u l-fondatezza tal-meritu tal-pretensjoni tieghu.

Fil-kaz, imbaghad, li l-konvenut ma jikkuntentax ruhu bis-semplici kontestazzjoni generika tal-assunt tal-attur, u anzi jikkontrapponga difiza artikolata fuq fatti diversi minn dawk formanti l-bazi tad-domanda attrici, u dan tramite eccezzjoni sostanzjali, allura jinsorgi fih l-obbligu li hu wkoll igib il-quddiem prova dimostrattiva a sensu tal-Artikolu 562, s'intendi dejjem bil-konsegwenzjali relattiva f'kaz ta' prova insufficcjenti jew insodisfacenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info