Reference: 958/2003

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VELLA EMANUEL vs LLOYD'S MALTA LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT EZEKUTTIV, IMRESSAQ MINN JEW KONTRA MEMBRI TA` LLOYD`S - MANDAT EZEKUTTIV, REVOKA TA` - MANDAT KAWTELATORJU, IMRESSAQ MINN JEW KONTRA MEMBRI TA` LLOYD`S
Summary
Jekk procedura mibdija taht l-artikolu 283A tal-Kap 12 jkollha rizultat favorevoli ghall-parti rikorrenti, dak li jsehh huwa r-revoka (jigifieri t-thassir) contrario imperio ta' degriet li l-Qorti tkun tat qabel meta laqghet it-talba ghall-hrug tal-Mandat;

L-ghan li ghaliha ddahhlet din id-dispozizzjoni fil-Kodici tal-Procedura huwa marbut ma' xi ghelt jew nuqqas fl-att ezekuttiv innifsu, li, bis-sahha tieghu, l-intimat ezekutat ibati pregudizzju. Minn dak li jirrizulta minn ezami tad-dibattiti parlamentari li wasslu ghad-dhul tal-imsemmi artikolu fil-Kodici, ma kinitx il-fehma tal-legislatur li din il-procedura tintuza biex il-mandat jew att ezekuttiv iehor jigi attakkat jew imhassar ghal ragunijiet ta' kontestazzjoni li huma marbuta mal-mertu nnfisu li, bis-sahha tieghu, l-istess att ezekuttiv ikun inhareg. Kemm hu hekk, l-ewwel kliem tas-subartikolu (1) tal-artikolu 283Ajaghmluha cara li r-rimedju moghti lir-rikorrent jinghata bla hsara ghal kull jedd iehor taht l-istess Kodici jew xi ligi ohra;

Illi l-artikolu 2(2)(c) ta' l-Att dwar il-Kummerc ta' l-Assigurazzjoni jipprovdi li, minkejja dak li jipprovdi l-Kapitolu 12, ikun bizzejjed li att gudizzjarju li m'huwiex Mandat ezekuttiv jew kawtelatorju imressaq minn jew kontra membri ta' Lloyd's dwar xi polza mahruga minnhom, jitressaq f'isimhom kontra r-rapprezentant ta' Lloyd's f'Malta.

Ladarba l-imsemmija dispozizzjoni tittratta dwar atti gudizzjari li m'humiex Mandati, ma jistax jinghad li alluratali dispozizzjoni hija bizzejjed biex tistabilixxi regola dwar x'ghandu u x'm'ghandux ikollu Mandat biex ikun jiswa. Jekk dik id-dispozizzjoni ma tghoddx ghall-Mandati, mela japplikaw id-dispozizzjonijiet tal-ligi generali tal-Procedura, billi dik il-ligi generali hija fakultativament subordinatabiss ghad-dispozizzjonijiet tal-artikolu 2(2)(c) fil-kaz ta' atti gudizzjarji li m'humiex Mandati.Ghalhekk, ma jistax jinghad li l-artikolu 2(2)(c) huwa norma li l-harsien jew in-nuqqas ta' harsientaghha jikkostitwixxi element kostitutiv tal-kriterju tas-siwi jew nuqqas ta' siwi ta' Mandat;

Id-dispozizzjonijiet tal-Kap 12 li jitkellmu dwar l-identifikazzjoni ta' persuna li kontriha jinhareg att gudizzjarju Art. 174(1)(b) u 181A tal-Kap. 12 u dwar l-ghamla ta' atti gudizzjarji li kontriha jinhargu Art. 193 tal-Kap. 12 ma jistabilux li fil-kaz ta' Mandat (kemm jekk kawtelatorju) il-ligi trid li dan jinhareg direttament kontra l-membri tas-sindakat u mhux kontra r-rapprezentanti taghhom f'Malta. Lanqas ma jghidu li Mandat mahrug kontra tali rapprezentanti huwa jew illegali jew abbuziv;

Hawnhekk il-Qorti irriteniet li mandat ezekuttiv mahrug kontra rapprezentant ex lege ta' Lloyd's f'Malta wara proceduri gudizzjarji fejn tali rapprezentant kien gie imharrek f'dik il-kwalita` ma setax jigi ritenut null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info