Referenza: 314/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/10/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG ANTHONY R
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BON ORDNI F`LOKALITAJIET TA` DIVERTIMENT, DEFINIZZJONI TA` PROPRJETARJU
Fil-Qosor
Id-definizzjoni "proprjetarju" moghtija fir-regolament 2 tar-Regolamenti biex jinzamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment (A.L. 124/1995) hija s-segwenti:

".sakemm ir-rabta tal-kliem matehtiegx mod iehor."proprjetarju" dwar kull divertiment tfisser il-persuna li torganizza jew tmexxid-divertiment jew li tkun responsabbli ghall-organizzazzjoni jew ghat-tmexxija tieghu u tinkludi kull persuna li jkollha xi interess finanzjarju fid-divertiment jew f'dak li jidhol minnu, u kull persuna li f'isimha jigu ricevuti hlasijiet ghal divertiment; u f'kaz ta' persuna guridika, il-frazi "proprjetarju" ghandha tinkludi wkoll lill-manager jew lil kull ufficjal principali iehor ta' dik il-persuna guridika."

Meta tinsab xi persuna li ma tkunx ghalqet is-sittax-il sena f'lokalita` ta'divertiment, il-proprjetarju tal-lokalita` ta' divertiment ikun hati ta' reat u, meta jinsab hati,jehel il-piena ta' multa ta' mitt lira ghal kull tali persuna b'zieda mal-piena li huwa jista' jeheltaht ir-regolament 15 ta' dawn ir-Regolamenti.

Il-paragrafu (1) tar-regolament 15 jipprovdi,inter alia, li:

Fil-kaz ta' reati maghmulin minn proprjetarju jew l-impjegat tieghu kontra dawn ir-Regolamenti, il-qorti ghandha meta ssib persuna hekk hatja twahhal multa ta' mhux anqas minnmitejn lira izda mhux izjed minn erba' mitt lira.

F'kaz ta' persuna guridika, il-frazi "proprjetarju" ghandha tinkludi wkoll lill-manager jew lil kull ufficjal principali iehor ta' dik il-persuna guridika.

Socjeta` li ghandha "interess finanzjarju" fid-divertiment li jsir fil-lokal: hija l-istess socjeta` li ghazlet li zzomm dana l-interess finanzjarju fid-divertiment billi zzomm il-licenzja, li bis-sahha tieghu jigi organizzat l-istess divertiment, f'isimha tikkwalifika bhala proprjetarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment