Reference: 5/2002/1

Judgement Details


Date
31/10/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SPITERI MELCHIOR vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - IMPARZJALITA` TA` ESPERTI
Summary
Il-posizzjoni ta' "esperti" li jkunu membri effettivi tal-Korp tal-Pulizija, cioe` li jkunu ghadhomdipendenti direttament mill-Kummissarju tal-Pulizija (mhux, per ezempju, jekk ikunu gew "seconded" ma' xi Dipartiment iehor tal-Gvern b'mod li ma jkunux aktar dipendenti direttament mill-imsemmi Kummissarju) hi llum cara. Dawn il-membri effettivi tal-Korp tal-Pulizija, anke jekk jigu nominati "esperti" fi proceduri gudizzjarji ta' natura penali, jistghu jiddeponu biss dwar risultanzi fattwali li jkunu rriskontraw - del resto bhalma jista' u ghandu jiddeponi kulhadd, inkluzi membri tal-imsemmi Korp - izda ma jistghux jesprimu opinjoni jew opinjonijiet li huma riservati ghall-esperti ossia periti (hlief ghal dawk l-"opinjonijiet" li fil-gurisprudenza penali huma ammessi, eccezzjonalment, ankefil-kaz ta' xhieda mhux esperti, bhal meta, per ezempju, xhud jintalab jghid b'liema velocita` kienet ghaddejja vettura li huwa jkun ra, u dan jew ghax dik l-"opinjoni" ma tkunx tirrikjedi "hila jew sengha specjali" (Art. 650(1), Kap. 9), jew ghax fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz il-Qorti tkun sodisfatta mill-"hila jew sengha specjali" tax-xhud - bhal fil-kaz tat-tabib fid-dipartiment ta' l-emergenza ta' sptar - u tkun sodisfatta wkoll li jkun fl-interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja litippermetti lil dak ix-xhud jesprimi dik l-opinjoni). Huwa proprju ghalhekk li ma jistax ikun hemmoggezzjoni ghall-"espert" li semplicement jeleva impronta digitali - l-elevazzjoni u l-preservazzjoni tat-tracci materjali tar-reat hija, wara kollox, parti mid-dover ta' kull membru tal-Korp tal-Pulizija. Differenti hija l-posizzjoni ta' l-espert li jqabbel l-impronti elevati ma' dawk, per ezempju,tal-imputat - dan necessarjament jesprimi opinjoni bbazata fuq "hila jew sengha specjali". Hekk ukoll it-tehid tar-ritratti (haga li llum generalment ma tirrikjedi ebda hila jew sengha specjali) - ir-ritratt semplicement jirregistra dak li jkun qed jara, mil-lenti jew mill-mira, il-persuna li tiehur-ritratt u f'dan is-sens tissostitwixxi deskrizzjoni verbali ta' dak li wiehed ikun ra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info