eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 36/2002/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
31/10/2003
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
MEDITERRANEAN FILM STUDIOS LIMITED vs IL-KORPORAZZJONI GHALL-IZVILUPP TA' MALTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MEDITERRANEAN FILM STUDIOS LIMITED vs IL-KORPORAZZJONI GHALL-IZVILUPP TA' MALTA ET - 36/2002/1 - KOSTITUZZJONALI, MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - RWOL TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI
Fil-Qosor
L-akkoljiment o meno ta' "eccezzjoni" ibbazata fuq il-proviso tal-Artikolu 46(2) tal-Kostituzzjoni utal-proviso identiku tal-Artikolu 4(2) tal-Kap. 319 [dwar id-deklin mill-ezercizzju tal-gurisdizzjoni kostituzzjonali] jew addirittura l-applikazzjoni ex officio tal-proviso mill-Qorti hu fid-diskrezzjoni ta' l-istess Qorti.
Id-diskrezzjoni taht iz-zewg proviso in kwistjoni ghandha dejjemtigi wzata fl-ahjar interess ta' l-amministrazzjoni tal-gustizzja, biex min-naha l-wahda il-Prim Awla kif ukoll il-Qorti Kostituzzjonali ma jigux inundati b'kawzi li jistghu jigu determinati minn Qrati ohra u/jew bi proceduri ohra, u min-naha l-ohra c-cittadin (jew persuna guridika, skond il-kaz) majigix ipprivat mir-rimedji li hu ghandu dritt ghalihom taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap. 319.
Il-legislatur kostituzzjonali kkonferixxa lill-Prim' Awla tal-Qorti Civili (sede Kostituzzjonali) (u lil ebda persuna jew awtorita` ohra) diskrezzjoni wiesgha fl-interess tal-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja biex minn banda 'l wahda tkun tista' twaqqaf, jekk ikun hemm bzonn anke hesrem, lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali u mill-banda l-ohra tkun tista' timpedixxi li jigu kreati ostakoli bla bzonn fit-triq ta' min ikun jidher li genwinament ikun qieghed ifittex ir-rimedju kostituzzjonali. Il-fattispeci u c-cirkostanzi partikolari kollha tal-kaz ghandhom jigu ezaminati ghaliex b'hekk biss il-Qorti tkun tista' tasal biex tiddeciedi jekk ikunx desiderabbli li tiddeklina illi tezercita s-setghat taghha.
Dak li l-qorti trid tkun sodisfatta minnu hu li mezzixierqa ta' rimedju ghall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur ir-rikorrent. Il-mezz xieraqta' rimedju irid ikun wiehed potenzjalment effettiv - cioe` wiehed li jista', jew seta kieku gie utilizzat, adegwatament jikkompensa lill-vittma tal-ksur ghal dak il-ksur, jew li altrimenti jaghmel tajjeb ghal dak il-ksur, per ezempju billi l-att leziv jigi dikjarat null ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi b'mod li l-vittma jitqieghed fl-istatus quo ante. Kollox jiddependi, kif inghad, fuqil-fattispeci partikolari tal-kaz.
Jekk ir-rikorrent jinghata r-rimedju taht il-ligi ordinarja, ma jifdallux interess biex titlob it-thassir tal-ligi, u ghalhekk il-Qorti mhux biss ma tkunx tista' tilqa', izda lanqas tkun tista' tqis it-talba ghat-thassir tal-ligi.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta