Reference: 1625/1993/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
ZAMMIT LUPI MARIA CONCETTA ET vs RIPARD MAGGUR PETER PAUL ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
HAJT DIVIZORJU, DIFFERENZA BEJN HAJT TA` BARRA U - HAJT DIVIZORJU, REWWIEHA FI - HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - SERVITU`, AGGRAVAMENT TA` - SERVITU`, PROSPETT - ARJA TA` BITHA - SERVITU`, REWWIEHA F`HAJT DIVIZORJU - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU LI TAGHTI GHAL FUQ ART MHUX ZVILUPPATA - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
L-artikolu 426 tal-Kodici Civili, jghid hekk:

"Meta s-sulari ta' dar ikunu ta' diversi sidien, kull wiehed mis-sidien jista', fil-hajt ta' barra tas-sular tieghu, jaghmel gallariji, twieqi, bibien jew aperturi ohra, basta li b'daqshekk ma tigix imnaqqsa s-sahha ta' dak il-hajt."

Jidhercar mid-dicitura ta' l-istess artikolu, illi d-drittijiet kontemplati minnu jirrigwardaw il-hajt ta' barra ("external wall", fit-test ingliz) tas-sular partikolari li kull wiehed mis-sidien ikollu. Dan jidher aktar car mill-fatt li l-artikolu precedenti, dak bin-numru 425, jipprovdi illi

"Ebda wiehed mill-girien ma jista', minghajr il-kunsens ta' l-iehor, jaghmel twieqi jew aperturi ohra fil-hajt divizorju."

Il-"hajt ta' barra" huwa dak il-hajt li jaghti ghat-triq pubblika, fil-waqt li l-hajt divizorju, huwa dak il-hajt li jiddividi proprjeta' minn ohra, u f'dak il-hajt divizorju, anke jekk mhux komuni ma jistghu jinfethu ebda twieqi jew aperturi ohra.

L-permess biex jinfethu twieqi moghti bil-ligi fl-artikolu 426 tal-kodici civili japplika ghall-hajt ta' barra u mhuxukoll ghall-hitan l-ohra li jaghtu ghall-proprjeta' ta' terzi. L-artikolu 426 tal-Kodici Civili majaghtix fakolta' lill-persuna tiftah gallerija li taghti ghall-fuq parapett tal-attur, anke jekk dakil-parapett ikun imiss mat-triq.

Issa, hu veru wkoll li, skond il-gurisprudenza, hu permessli persuna tiftah rewwieha jew tieqa f'hajt divizorju, u dan minghajr ma taqa' f'dispett lejn il-ligi. Dan hu permess, pero', meta it-tieqa u r-rewwieha jaghtu ghal fuq art mhux zviluppata ta' haddiehor, u dan gie koncess peress li tali aperturi li jkunu miftuha fuq art mhux zvillupata, ma jkunux ta' pregjudizzju ghas-sid ta' dik l-art u, peress li jitqiesu miftuha b'mera tolleranza, sid dik l-artikun jista' jitlob li jinghalqu l-aperturi meta jizviluppa l-proprjeta' tieghu. Dan, pero', jghoddghal apertura miftuha fuq art vergni, jigifieri, art li ma tkunx ghadha giet zvillupata mis-sid, u ma japplikax meta l-art tal-gar tkun diga' giet minnu zvillupata ghall-uzu tieghu, ancorche' bhala bitha jew shaft. Fil-fatt m'hemm xejn fil-ligi li tawtorizza l-ftuh ta' twieqi go shafts meta l-arja tkun tappartjeni lill-terzi. Is-servitujiet jitkellmu b'mod generali u d-distanzi u r-regoli indikatifil-ligi jridu jigu segwiti f'kull kaz.

Fis-sistema tal-ligi taghna, min hu sid l-art huwa sid l-arja sovrastanti, izda peress li l-proprjeta' testendi b'mod vertikali u mhux orizontali, l-izvillup ta' dik l-arja irid isir b'mod li ma jkun hemm ebda invazzjoni jew intraspezzjoni tal-arja u l-proprjeta' tal-gar. Persuna li jizviluppa l-arja tieghu ma jistax, fil-konfini tal-arja tieghu ma'dik tal-gar, jiftah twieqi ghal fuq l-ispazju zviluppat tal-gar.

Sid il-bitha ghandu l-proprieta' tal-arja sovrastanti, tant li l-proprjetarju tal-fond sovrastanti lanqas jista' jonxor mit-twieqi tal-fond tieghu ghall-fuq il-bitha ta' haddiehor minghajr il-kunsens ta' dan! F'din il-kawza wkoll, il-konvenut ma thalliex jizvilluppa l-arja tieghu b'mod li jiftah twieqi ulterjuri fuq il-bitha tal-attur.

Fil-fatt, gie deciz ukoll li anke fejn l-arja ta' fuq il-bitha tkun giet mibjugha lill-proprjetarju tal-fond sovrastanti, dan ikun ifisser biss li ghandu dritt jiehu l-arja u d-dawl bit-twieqi tieghu, izda mhux ukoll id-dritt ta' introspezzjoni gol-fond ta' tahtu.

Il-permessi tal-awtoritajiet kompetenti johorgu "saving third party rights", u dawn m'ghandhomx dritt jimponuservitu' ta' ftuh ta' aperturi fuq proprjeta' ta' terzi.

Il-presenza ta' tieqa jew twieqi antiki li jaghtu ghal fuq il-bitha, ma jfissirx li jistghu jinfethu aperturi aktar, peress li dawn ikunu qed izidu s-servitu' fuq il-bitha. L-art 475 tal-Kodici Civili, fil-fatt, jghid li:

"Kull min ghandu jedd ta' servitu' ghandu jinqeda b'dan il-jedd skond it-titolu tieghu, u ma jista' jaghmella fil-fond servjenti u anqas fil-fond dominanti ebda tibdil li jista' jtaqqal izjed il-piz tal-fond servjenti."

Kwindi, anke jekk dawn it-twieqi jistghu jfissru l-ezistenza ta' servitu', it-twessiegh ta' tieqa jew iz-zieda fin-numru ta' twieqi jirrendu s-servitu' aktar gravuza u oneruza, umin ghamel dan ix-xoghol irid jirriduci kollox fid-dimensjoni ta' qabel (ara wkoll, fl-istess sens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info