Referenza: 1382/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ELMO INSURANCE AGENCY LTD NOE ET vs AWAD ELBIR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, KAWZA PROSSIMA U IMMEDJATA TAL-INCIDENT - KOLLIZJONI, VELOCITA`
Fil-Qosor
Il-main road user ghandu wkoll l-obbligu li joqghod attent imma l-grad ta' diligenza li jinkombi lilu hu ferm anqas minn dak tas-side road user ghax hu ma jkunx qieghed jiddisturba l-kors tat-traffiku, imma jkun miexi ghad-dritt.

Il-fatt li s-side road user gie milqut meta kien ittraversa bicca sewwa mit-triq principali huwa rrilevanti. Is-side road user irid jidhol gol-'main road' bla ma jiehu riskji li driver prudenti ma jiehux. Side road user ma' jistax johrog go main road bl-izgiccaturi. Meta wiehed jigi biex jaqsam it-triq b'karozza dan irid jara li ma jkunx hemm traffiku, mhux biss meta jibda jaqsam imma anke sakemm jaqsam ghal kollox.

Rigward il-principji rikonoxxuti fil-gurisprudenza "in civilibus" rigward l-effett ta' velocita' ecessiv tal-'main road user' fuq id-determinazzzjoni tar-responsabilita' tas-sinistru, gie kostantement ritenut illi waqt li l-velocita' eccessiv ghal dik regolamnetari, jekk tirrizulta pruvata, tesponi lid-driver ghall-proceduri kriminalikontra tieghu ghall-vjolazzjoni tar-regolamenti tas-sewqan appositi; tali velocita' eccessiva fihanfisha ma tistax titqies a priori bhala fattur determinanti ghar-responsabilita' ghall-incident jewkontributorju ghalih. Irid jigi stabbilit sodisfacentement illi l-velocita' eccessiva kienet l-element determinanti li pprovoka l-incident u li tista titqies bhala l-kawza prossima tal-akkadut, jew li jkun kkontribwixxa b'mod relevanti ghall-aggravament tad-danni kagjonati mill-istess sinistru.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni