Reference: 17/2002

Judgement Details


Date
27/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
CALLEJA HARRY ET vs L-AWTORITA` TA' L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL LI JSIR FUORI TERMINE - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, HLAS TA` DRITTIJIET DI PER SE MA JAMMONTAX GHAL APPELL - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, META PERSUNA TIGI ZVIJATA MILL-AWTORITA` TA` L-IPPJANAR FIL-PROCEDURA TA` APPELL - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, NUQQAS TA` INDIKAZZJONI TA` TERMINU TA` L-APPELL FUQ AVVIZ TA` TWETTIEQ - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, REKWIZITI ESSENZJALI TA` APPELL
Summary
It-talba jew l-applikazzjoni ghall-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar hija distintau differenti mill-hlas tad-dritt xieraq ta' l-appell mehtieg u stipulat skond id-dispozizzjonijietta' l-istess regolamenti 3 (a) u 5 ta' l-istess Avviz Legali 7 tal-1973, u dan johrog car meta l-istess regolament 3 jitkellem kemm dwar l-'applikazzjoni jew talba', kif ukoll dwar 'd-dritt xieraq', tant li t-talba u d-dritt huma trattati separatament minn xulxin u huma kkonsidrati bhala atti kompletament differenti.

Minn dan johrog car li dak li jikkostitwixxi l-prezentata ta' l-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar hija l-applikazzjoni proprja li ssir mill-prospettiv appellant ghall-istess tribunal u huwa necessarju ad validitatem li tali talba ta' l-appell tigi akkumpanjata bil-hlas, u b'hekk ma hemm l-ebda dubju fil-ligi li dak li jikkostitwixxi appell huwa mhux ir-ricevuta tal-hlas tad-dritt dovut ghall-tali appell izda t-talba innifisha.

Persuna li thosshaaggravata minn Avviz ta' twettieq ghandha d-dritt li tappella. Din il-kelma "tappella" ghandha tittiehed fis-sens litterali taghha cioe' li jigi pprezentat l-appell fejn persuna tesponi l-aggravji taghha u b'hekk is-sens taghha m'ghandux jiggebbed. Illi li kieku kellu jsir mod iehor ikun ifisser lil-individwu li jhossu aggravat jista' jhallas sabiex isir l-appell fit-terminu mbaghad jipprezental-appell meta jrid u jkun komdu u b'hekk ikun jista' jtawwal il-process kemm irid.

It-TieletSkeda tal-Kap 356 dwar procedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fejn artikolu 2 tal-istess jaghmilha wkoll cara x'ikun irid ikun fiha l-applikazzjoni ta' l-appell anke fl-isfond ta' l-appelli lill-istess Bord ta' l-Appell skond id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 15 (1) tal-Kap 356 fejn jinghad li l-applikazzjoni "ghandu jkun fiha r-ragunijiet ta' l-appell u t-talba ta' l-appellant." u hawn jidher car ukoll li l-applikazzjoni jew talba ghall appell hija kkonsidrata ghal kollox ben distinta u differenti mill-kwistjoni ta' hlas li hija trattata biss fir-regolament numru 11 ta' l-istess Skeda.

Il-fatt li avviz ta` twettieq ma jkunx jindika t-terminu ta` l-appell ma jfissirx li tali terminu ma jibqax aktar applikabbli u dan billi l-istess terminu johrog mil-Ligi u ghalhekk tapplika l-massima antika ignorantia legis neminem excusat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info