Reference: 392/2001/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CASSAR ANNA ET vs ATTARD LAWRENCE NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NULLITA` TA` - INVERZJONI TA` L-OCCHIO FI PROCEDURI TA` RITRATTAZZJONI - RITRATTAZZJONI, ESKLUZJONI TAL-ISTITUT TA` RESTITUTIO IN INTEGRUM - RITRATTAZZJONI, FORMULAZZJONI TA` L-OCCHIO - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO
Summary
Fis-sistema procedurali Malti ma tezistix ritrattazzjoni ta' sentenza, imma biss smigh mill-gdid ta'kawza li taghha sentenza tkun saret gudikat. M'ghandux jintesa li r-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju li jolqot sentenza li tkun saret gudikat. Huwa essenzjali f'kull sistema ta'dritt, li sentenza ghandha tkun l-ahhar kelma dwar l-istat ta' dritt bejn partijiet fi kwestjoni,u s-sahha taghha titqies bhala s-sewwa maghruf (pro veritate habetur). Kif inghad, l-effikacja guridika u socjali tal-gudikat titlob li l-amministrazzjoni tal-gustizzja ma tigix imfixkla billi, fi kwalunkwe stadju u minghajr limiti, l-parti telliefa terga' tqajjem il-kwestjoni u tiftahha. Huwa ghalhekk li l-legislatur ried li jaghti espressament, b'mod tassativ u f'dawn it-termini biss ir-rimedjutar-ritrattazzjoni li bih biss sentenza tista' tigi attakkata u mwaqqa' wara li tkun saret gudikat.B'dan il-mod, jekk ghal kaz partikolari ma japplikawx ir-rimedji eccezzjonali tal-istitut tar-ritrattazzjoni, m'hemm l-ebda mod kif titwaqqa' sentenza li ghaddiet in gudikat. Minbarra dan, ilu zmien twil stabilit il-principju li s-sahha tar-rabta ta' sentenza li ghaddiet f'gudikat ma titwaqqax lanqas bir-rimedju tar-ritrattazzjoni fejn ma jintweriex li l-parti kienet imcahhda milli tiddefendililha nnifisha, ghall-kuntrarju ta' fejn naqset li tiddefendi lilha nnifisha jew ma haditx dawk il-passi biex tizgura difiza xierqa;

Il-procedura tar-ritrattazzjoni ghandha zewg ghanijiet: fl-ewwel post, dik li thassar ghal kollox u mhux biss parzjalment sentenza li tkun saret gudikat bejn il-partijiet u dan ghal xi wahda mir-ragunijiet specifici u tassattivi msemmija mil-ligi (imsejha teknikament in rescindente); u, fit-tieni post, dik li terga' tinstama' l-kawza li s-sentenza taghha tkun thassret u li tinghata sentenza ohra mill-gdid (imsejha teknikament in rescissorio). Fi kliem iehor, l-oggett tal-ewwel fazi hu li tigi annullata s-sentenza bejn il-partijiet u dan fuq talba specifika f'dan is-sens. Qabel ma l-Qorti tkun soddisfatta li sabet raguni tajba biex thassar is-sentenza ewlenija, m'ghandhiex, bhala regola, tidhol biex tqis il-mertu tal-kwestjoni maqtugha bis-sentenza li taghha jintalab it-thassir;

B'zieda ma' dan kollu li ssemma dwar in-natura eccezzjonali tal-procedura tar-ritrattazzjoni, irid jinghad ukoll li l-prova tar-raguni li ghaliha parti titlobli kawza tigi mismugha mill-gdid trid issir minn dik l-istess parti u trid issir b'mod li jwassal lill-Qorti li tqis li t-talba hija misthoqqa. Il-parti ritrattata m'ghandha ghalfejn tipprova xejn,specjalment meta r-raguni li ssejjes it-talba ghas-smigh mill-gdid ma titnissilx minn ghamil tal-parti ritrattata, bhal f'dan il-kaz;

Fil-kaz ta' ritrattazzjoni, il-parti li titlob is-smigh mill-gdid tal-kawza tista' tkun il-parti li kienet imharrka f'dik l-ewwel kawza. Billi s-smigh mill-gdid jirreferi ghall-ewwel kawza, hemm il-fehma li l-"okkju" jithalla l-istess. Meta wiehed iqis li fil-kaz ta' smigh mill-gdid minn sentenza ta' qorti tal-ewwel grad li minnha ma jkunx sar appell (bhal fil-kaz prezenti), ir-ritrattazzjoni ssir bil-mezz tac-Citazzjoni, tinholoq id-diffikulta' li l-"okkju" tabilfors irid jinqaleb biex ikun jaqbel mal-formola tac-Citazzjoni;

Illi jekk l-"okkju" maqlub igibx in-nullita' tac-Citazzjoni f'kaz bhal dan jiddependi hafna minn dak li jipprovdi l-artikolu 789 tal-Kap 12, u jigifieri dwar jekk nullita' ta' att gudizzjarju imnissla minn ksur ta' xiforma mehtiega tistax b'xi mod li jkun jissewwa taht xi dispozizzjoni ohra tal-ligi, u jekk tali nuqqas ikunx gab fuq il-parti li titlob in-nullita' pregudizzju li ma jkunx jista' jissewwa jekk mhuxbilli l-att jigi mhassar;

Kaz ta' qlib tal-"okkju" bhal dan ma jwassalx ghat-thassir tal-att.L-artikolu 175 tal-Kap 12 jaghti lill-Qorti setgha li nuqqas bhal dan jigi msewwi bla xkiel ghall-mixi 'l quddiem tal-process.

Kif inghad f'diversi kawzi, fejn m'hemmx talba ghat-thassir tas-sentenza, ma jistax ikun hemm smigh mill-gdid tal-kawza. F'kazijiet ta' smigh mill-gdid, it-talba ghat-thassir tas-sentenza impunjata hija assolutament mehtiega, u ghalhekk, att gudizzjarju li bih jintalab is-smigh mill-gdid ta' kawza bla ma jkun fih talba ghat-thassir tas-sentenza attakkata ikun att li ma jiswiex, ghaliex ikun att li jelimina l-ewwel fazi tal-procedura tar-ritrattazzjoni (jigifieri dak imsejjah in rescindente);

Ladarba z-zewg talbiet isiru, m'huwiex daqstant krucjali jekk isirux f'zewg talbiet separati jew f'talba wahda, imbasta jkunu identifikabbli;

Llum il-gurnata huwa stabilit li r-rimedju tar-restituzzjoni in integrum ma baqax izjed applikabbli ghas-sistema gudizzjarju Malti sewwasew minn meta l-legislatur dahhal ir-rimedju tas-smigh mill-gdid fil-Kodici Procedurali taghna.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info