Reference: 2713/1999/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MONTEBELLO PETER vs MONTEBELLO PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, BAZI TA` L-ISTITUT - PRESKRIZZJONI, IZ-ZMIEN RELATTIV JIDDEPENDI FUQ IL-MOD KIF TKUN GIET IMFASSLA L-AZZJONI - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - PRESKRIZZJONI, ONERU TAL-PROVA
Summary
Il-preskrizzjoni hija istitut li huwa proceduralment mehtieg daqskemm huwa odjuz, u meta gudikant jigi mitlub jiddeciedi fuq eccezzjoni tal-preskrizzjoni, irid jasal ghall-fehma tieghu fuq fatti cariu mhux kongetturi;

Il-prova li l-azzjoni hija preskritta trid issir minn min iqanqal l-eccezzjoni, u ghalkemm il-parti attrici ghandha tressaq provi biex tittanta xxejjen dawk tal-parti mharrkabilli tmieri li ghadda z-zmien jew billi ggib 'il quddiem provi li juru li l-preskrizzjoni kienet sospiza jew interrotta, il-piz jaqa' principalment fuq min jallega l-preskrizzjoni.

Iz-zmiental-preskrizzjoni, dan jibda jghaddi minn dak inhar li l-azzjoni tista' titressaq u l-parti mharrkatrid tipprova li l-parti attrici ghaddhielha z-zmien utli biex tressaq il-kawza, u dan minn zmien minn meta dik il-kawza setghet titressaq;

Iz-zmien tal-preskrizzjoni jrid jitqies b'riferenza ghall-azzjoni kif imfassla. Fil-kaz li ghandha quddiemha l-Qorti, l-attur isejjisha fuq il-bazi tas-servizzi moghtija. Din hija ghazla li l-ligi taghti lil kull parti attrici, u hija fuq din l-ghazlali jiddependi l-ezitu tal-azzjoni. Dan ifisser li jekk parti taghzel li tressaq il-pretensjonijiettaghha kontra parti ohra fuq kawzali partikolari, l-eccezzjoni li titqanqal mill-parti mharrka kontra l-azzjoni maghmula kontriha trid titkejjel fuq dik il-kawzali u mhux fuq x'tahseb il-parti mharrka li setghet kienet il-kawzali vera;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info