eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 878/1999/1
Download
Judgement Details
Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs GIORDIMAINA KRISTINU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs GIORDIMAINA KRISTINU - 878/1999/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, INOSSERVANZA TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, MEWT TAL-KONVENUT FIL-MORI TA` PROCEDURI GHAL - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, RATIO TA` L-ISTITUT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, RILEVANZA TA` L-INTENZJONI TAL-KONVENUT
Summary
Il-procedura ghal disprezz ghandha natura partikolari. Hija mahsuba biex thares ir-rispett li ghandu jingieb lill-Qorti. Wahda mis-setghat ewlenin ta' kull Qorti hija dik li taghti ordnijiet lil xihadd, kemm jekk biex dik il-persuna taghmel xihaga, jew biex dik il-persuna ma taghmilx xihaga. Il-ksur ta' kull ordni jikkostitwixxi disprezz ghall-awtorita' li, bis-sahha taghha, dik l-ordni tkun inghatat.
Minbarra dan, xilja ta' disprezz iggib maghha l-htiega li tigi ippruvata, minn min qieghed jixli, il-fehma tal-persuna mixlija li tisfida l-ordni tal-Qorti u, b'konsegwenza ta' hekk, l-awtorita' taghha;
Madankollu, dik l-intenzjoni ma tiddependix minn jekk il-persuna mixlija tqisx l-ordni moghti lilha bhala wiehed korrett jew le: is-siwi ta' dik l-ordni, sakemm ma jithassarx b'ordni iehor tal-Qorti nnifisha jew ta' Qorti ohra, huwa raguni oggettiva li torbot lill-mixli lijoqghod ghaliha, jaqbel jew ma jaqbilx maghha. Hekk stabilew il-Qrati taghna, ukoll fejn wara rrizulta li l-ordni tal-Qorti kien wiehed null u bla siwi;
Il-procediment tad-disprezz m'huwiex rimedju ghall-persuna li tkun talbet it-tehid tieghu, imma sanzjoni kontra min ikun gab b'idejh u b'ghemilu (jew bl-omissjoni tieghu, skond il-kaz) ksur ta' ordni moghtija lilu. L-attur f'din il-kawza(u bil-procedura illi tfasslet ghal dan il-ghan fl-1995) qieghed huwa nnifsu jesegwixxi ordni moghtija lilu minn Qorti kompetenti biex jibda dawn il-proceduri. L-attur m'ghandu x'jirbah xejn b'tali proceduri ghajr li jizgura li tigi mharsa l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja;
Fil-kaz ta'allegat ksur ta' ordni moghti fil-hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni, wiehed isib dispozizzjoni espressa tal-ligi li tghid x'ghamla ta' sanzjoni jwassal mieghu l-ksur ta' ordni bhal dik. Izda dik is-sanzjoni taghti rimedju lill-parti li favur taghha jkun inhareg il-Mandat, u ghalhekk kull allegat ksurta' dik l-ordni taghti lok ukoll ghat-tmexxija 'l quddiem ta' proeduri kif mahsuba fit-Titolu XVIItal-Kap 12;
Kull ma tghid il-ligi dwar dan l-istitut ghandu jithares skond il-kelma tal-ligiu l-ispirtu li jhares il-jeddijiet tal-"akkuzat" f'dak kollu li jista' jitqies ta' natura penali. Ghalhekk mhux permess li l-istitut tar-rispett li ghandu jingieb lill-Qorti jitwessa' b'analogija, tixbieh jew tehid minn min ikun ta' inizzjativa li ma hix moghtija lilu mil-ligi. Kien minhabba f'hekk li l-bidliet fil-ligi procedurali fl-1995 stabilew min ghandu jedd jibda tali proceduri u f'liemacirkostanza, wara zmien twil fejn kien dibattut f'ghadd ta' sentenzi l-problema tal-agent legittimuta' proceduri bhal dawn;
Il-ligi tfisser min ghandu jibda proceduri ta' disprezz fl-artikolu1003A tal-Kapitolu 12. F'dak l-artikolu persuna wahda ghandha din is-setgha u dik il-persuna m'hijiex individwu privat jew persuna li tallega li nkisrulha l-jeddijiet taghha. Dik il-persuna wahdanija moghtija s-setgha li tibda tali proceduri u li titqies bhala attur fihom hija r-Registratur tal-Qrati. Hemm modi kif persuna li thoss li sar kontra taghha ghamil li jista' jitqies bhala wiehed li jikkwalifika bhala disprezz lejn il-Qorti tigbed l-attenzjoni tar-Registratur biex jibda l-procedurimehtiega;
Tali process jimxi indipendentement minn dak civili, u li l-ghanijiet tieghu jmorrulil hinn minn kull kwestjoni, ewlenija jew ancillari, li wiehed jistenna li sejrin ikunu meqjusin minn Qorti jew tribunal investit bis-smigh tal-process civili;
Il-mottivi li jwasslu persuna biex iggib ruhha b'mod li jidher li qieghed jisfida ordni ta' Qorti jistghu biss ikollhom effett fuql-apprezzament tal-"animus" tal-persuna mixlija b'disprezz. Dan jghodd ukoll jekk il-mottiv li jgieghel lil xihadd jikser ordni ta' Qorti jkun wiehed li ta' min jissimpatizza mieghu. Huwa mehtieg lijintwera li l-persuna li tkun kisret l-ordni ta' Qorti kienet tjaf li qeghda taghmel hekk;
F'kazijiet bhal dawk li jirrigwardaw il-hrug ta' Mandati ta' Inibizzjoni, l-interess socjali u l-bwonordni pubbliku jitolbu li ordnijiet bhal dawk tal-Qorti jigu obduti u li kienu x'kienu r-ragunijietli wasslu lill-imharrek biex agixxa kontra dak l-ordni m'ghandhomx ikunu raguni tajba biex dak il-ksur jigi skuzat;
Ladarba ntwera li l-garanziji li l-imputat huwa mil-ligi mistenni li jgawdifil-procediment penali jgawdihom ukoll l-imharrek fil-procediment tad-disprezz, wahedha tohrog il-konkluzjoni li dawk ic-cirkostanzi li jtemmu l-azzjoni penali ghandhom japplikaw ukoll ghall-azzjonicivili tad-disprezz. Wahda mic-cirkostanzi li hija mizmuma fid-duttrina bhala li ggib fix-xejn procediment penali li jkun pendenti hija sewwasew il-mewt tal-imputat fil-mori. Taht is-sahha tal-massimi legali ta' mors omnia solvit u is qui in reatu decedit integri status decedit.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It