Referenza: 362/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ATTARD ALFRED ET vs XUEREB PAOLO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, PRE-CONTRACTUAL LIABILITY
Fil-Qosor
In kwantu jirrigwarda r-responsabilita' prekontrattwali irid jinghad li l-ezistenza ta' dan il-kuncett fil-ligi Maltija ghadu dubbjuz u mhux ben definit. Dan il-kuncett ma giex introdott fil-Kodici Civili taghna bhal ma sar f'pajjizi ohra bhal l-Italja u l-Germanja. Dan il-kuncett gie ezaminat mill-Qrati Taghna f'xi kazijiet izda qatt ma ttiehdet posizzjoni ben definita fir-rigward, anki jekk it-tendenza tidher li kienet aktar li t-teorija tigi rifjutata stante li ma tappartjenix lis-sistema ta'dritt Malti.

Sabiex wiehed jista' jirreklama danni riizultanti minn responsabilita' pre-kontrattwali huwa jrid jipprova li t-terminazzjoni jew it-twaqqif tan-negozjati ma kienx gustifikat u li l-agir ta' min waqqaf in-negozjati irid ikun ekwivalenti ghal dolus. F'dawk ic-cirkostanzi d-dannili ghandhom jigi likwidati ghandhom ikunu limitati biss ghal spejjes realment inkorsi fil-kors tan-negozjati u konnessi ma' l-istess negozjati u mhux ghal eventwali telf ta' qliegh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni