Reference: 135/2002/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
TABIB PRINCIPALI TAL-GVERN vs MOTHERWELL BRIDGE (MALTA) LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NULLITA` TAL-PREZENTATA - RIKORS, NULLITA` TAL-PREZENTATA
Summary
Il-ligi [Art. 466 tal-Kap. 12] tghid li l-effett ta' dikjarazzjoni maghmula minn kap ta' Dipartimenttal-Gvern u notifikata b'att gudizzjarju lill-persuna li minghandha dak id-dipartiment ikun qieghedjippretendi hlas ikollha effett daqslikieku kienet inghatat sentenza ta' qorti kompetenti li saretgudikat, jekk kemm-il darba dik il-persuna ma topponix it-talba maghmula fid-dikjarazzjoni fi zmienghoxrin (20) jum. Tali oppozizzjoni trid issir billi dik il-persuna tipprezenta rikors li bih hijatitlob lill-Qorti tiddikjara t-talba tad-dipartiment bhala wahda infondata. L-istess ligi tqis daniz-zmien bhala wiehed perentorju;

Ta' min jghid li l-ligi titkellem dwar "prezentata" tar-rikors: il-prezentata tal-atti gudizzjarji ssir fir-Registru tal-Qorti li tkun kompetenti li tqis il-mertu ta' dak l-att. Il-mistoqsija li tohrog minn dan kollu hi: x'siwi ghandu att gudizzjarju mressaq fir-Registru minghajr ma jkun akkumpanjat minn dokument jew hlas tad-dritt relattiv u dak l-att ikun intlaqa' mir-Registratur? Jidher li ghat-twegiba ta' din il-mistoqsija, u fin-nuqqas ta' dispozizzjoni specifika fil-ligi, jistghu jitfghu dawl zewg dispozizzjonijiet ohrajn tal-istess Kodici. L-ewwel wiehed [Art 63 Kap. 12] jitkellem dwar ir-responsabbilta' tar-Registratur dwar l-atti gudizzjarji li jitressqu fir-Registru; u t-tieni wiehed [Art. 99 marbut ma' Art. 98 tal-Kap. 12] li jitkellem dwar il-possibilita' li att li ma jiswiex jitressaq mill-gdid sakemm ma jkunx ghadda z-zmien perentorju ghat-tressiq tieghu;

Id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u diktaht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni,l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta;

Minbarra dan, bis-sahha tal-bidliet li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, l-eccezzjoni ma tirnexxix lanqas (fejn mhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqas jew ksur ikunu jistghu jissewwew taht kull dispozizzjoni ohra tal-ligi.

F'dan il-kaz, il-ligi qeghda taghmel riferenza ghall-bidliet illi jistghu jsiru f'att gudizzjarju bis-sahha tal-artikolu 175 tal-Kapitolu 12, ukoll kif mibdul fl-1995;

Ma jidher li mkien fil-ligi ma tinsab komminata espressament in-nullita' tal-att minhabba n-nullita' tal-prezentata, ghaliex id-difett tal-prezentata ma jistax jirrendi l-att nieqes minn xi partikolarita' sostanzjali preskritta mil-ligi. Il-kelma "partikolarita'" kif uzata fl-artikolu 789(1)(d)tirreferi ghall-kontenut tal-att (tac-Citazzjoni) bhalma huma l-kawzali, l-oggett, u dawk l-elementiessenzjali kollha li l-ligi tippreskrivi. Kien ghalhekk li n-nullita' tal-prezentata giet imfissrabhala "nullita' virtwali", kif kontrapposta ghan-"nullita' essenzjali" msemmija fil-ligi;

Mbaghad, jekk wiehed kellu jqis ukoll li l-ligi ma tordna mkien li ma' rikors taht l-artikolu 466(2) huwa mehtieg li tinhemez ukoll kopja tal-att gudizzjarju li minhabba fih il-parti debitrici tikkontesta t-talba, allura wiehed jasal biex jifhem li rikors hekk imressaq ma jistax jinghad li huwa null jew inezistenti. Kien hemm sentenzi ta' dawn il-Qrati li qiesu l-kwestjoni ta' nullita' ta' atti gudizzjarji (generalment Citazzjonijiet) li ma jkunux akkumpanjati bid-dokumenti relattivi f'sens kontra l-eccezzjoni tan-nullita';

Jekk ir-Registratur deherlu li dak l-att ma kienx jiswa, ghandukull setgha li jwarrbu. Il-ligi taghtih is-setgha li jaghmel dan, bhalma f'kazijiet ohrajn kienet izzommu wkoll milli jista' mqar jilqa' att imressaq kontra xi Dipartiment tal-Gvern jekk ma tkunx saret interpellazzjoni ufficjali minn tal-anqas ghaxart ijiem qabel. Ladarba l-att inzamm fir-Registru, pendenti r-regolarizzazzjoni ma jistax jinghad li l-att kien null jew inezistenti;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info