Referenza: 2405/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
MIDDLE SEA INSURANCE PLC vs THE CARGO HANDLING COMPANY LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA GHANDHA TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS - ECCEZZJONIJIET, META ECCEZZJONI TEZORBITA MILL-KOMPETENZA TAL-QORTI - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, META JKUN HEMM TALBIET B`VALUR INDETERMINAT FLIMKIEN MA TALBIET B`VALUR DETERMINAT - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, META JKUN HEMM TALBIET B`VALUR LI JECCEDI L-KOMPETENZA TA` QORTI INFERJURI FLIMKIEN MA TALBIET LI JIDHLU FIL-KOMPETENZA TA` TALI QORTI - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, TALBIET B`VALUR DETERMINAT - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, TALBIET B`VALUR INDETERMINAT - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - KOMPETENZA, KAWZI LI IN PRECEDENZA KIENU JAQGHU TAHT IL-KOMPETENZA TAL-QORTI TAL-KUMMERC - KOMPETENZA, PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT
Fil-Qosor
Skond l-artikolu 747(1) tal-Kap 12, kawza ta' valur incert jew indeterminat titqies dejjem li taqbezil-kompetenza tal-qorti ta' gurisdizzjoni limitata. Fost it-tliet cirkostanzi li l-ligi ssemmi bhala kawzi ta' valur indeterminabbli wiehed isib dawk il-kawzi li fihom il-valur tal-haga ma jirrizultax mit-talba attrici u lanqas jista' jigi determinat kif jinghad fl-artikoli l-ohrajn li jitkellmu dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-kawza. Dan ifisser, mela, li jekk il-valur ma jissemmiex fit-talba attrici ma jgibx, fih innifsu biss, li dik il-kawza hija wahda ta' valur incert jekk dak il-valur huwa determinabbli;

Madankollu, jibqa' l-fatt li fejn il-valur ta' talba huwa incert jew mhux determinat, il-Qorti xierqa biex tisma' dik it-talba skond ir-rieda espressa tal-ligi hija l-Prim' Awla tal-Qorti Civili. Dan ukoll jaghmel parti mit-tifsira li taw il-Qrati taghna ghar-rigward,fejn gie stabilit b'awtorita' li l-Prim'Awla tal-Qorti Civili (u mhux il-Qorti inferjuri) kienet kompetenti tisma' l-kawza ghax l-attur ressaq talba ghal-likwidazzjoni ta' danni, minkejja li fl-istesswaqt iccensuratu talli messu kien jaf li l-oghla ammont ta' kumpens li seta' jiehu ma kien qatt jisboq ammont li johrog mill-kompetenza ta' dik il-Qorti inferjuri;

Huwa ghalhekk li jinghad li,bhala regola, l-kompetenza tal-Qorti hija meqjusa fuq kollox u qabel kull konsiderazzjoni tal-eccezzjonijiet, mit-termini nfushom tat-talba attrici billi huwa dak l-att promotur kif imressaq (bil-premessi u t-talbiet marbuta maghhom) li jiddefinixxi l-wisgha u l-limiti tal-kompetenza tal-Qorti biextisma' l-kaz.

L-imsemmija regola ewlenija hija komplimentata bl-ohra fejn jinghad li l-kwestjoni ta' kompetenza ma tkunx determinata biss minn dak li jinghad fl-azzjoni attrici, imma wkoll minn dak li jressaq l-imharrek bhala eccezzjoni.

Ghall-fini tad-determinazzjoni tal-kompetenza tal-Qorti, ghandu jittiehed kont mhux biss tat-talbiet attrici imma wkoll tal-eccezzjonijiet tal-konvenut.

Inghad ukoll li meta l-mertu ta' xi talba attrici jkun ta' valur indeterminat, il-Qratisuperjuri jkollhom is-setgha li jisimghu l-kawza, minkejja li xi talbiet ohrajn jaqghu fi hdan il-kompetenza tal-Qrati inferjuri.

Min-naha l-ohra, l-ligi tghid li l-valur ta' kawza huwa determinat mit-talba meta tali talba hija ghall-hlas ta' somma determinata. Il-kriterju tal-valur ta' kawza jistabilixxi quddiem liema Qorti ghandha titressaq kawza, sakemm il-materja tal-kawza nnifishama tkunx wahda li tabilfors trid tinstama' minn Qorti partikolari: bl-artikolu 47 tal-Kapitolu 12tal-Ligijiet ta' Malta hija llum determinata wkoll il-kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati. Dan l-artikolu jrid jinqara flimkien mal-artikolu 32(3) tal-istess Kodici.

Minhabba li kwestjoni ta'kompetenza tohloq aspett ta' ordni pubbliku, il-Qorti ma tistax twarrab l-eccezzjoni bhallikieku kienet tiddependi minn xi prova li jridu jressqu l-eccipjenti nfushom.

Il-kawzi li l-Qorti tal-Magistrati ma tistax tqis huma dawk imsemmija fl-artikolu 74(3), bhalma l-kawzi li jinstemghu mill-Prim'Awla huma dawk imsemmijin fl-artikolu 32. Ghalhekk, il-kwestjoni tal-valur tal-kawza huwa rilevanti. Li kieku wiehed kellu jargumenta mod iehor, kieku hwejjeg li jitqiesu bhala atti ta'kummerc (bhal azzjonijiet kambjarji) ma jkunu jistghu qatt jitressqu quddiem il-Qrati inferjuri, meta dan m'huwiex il-kaz.

Lanqas jista' jinghad li hwejjeg li jolqtu kwestjonijiet marittimi jinstemghu tabilfors mill-Qrati superjuri, irrispettivament mill-valur tal-kawza. Min-naha l-ohra, bosta huma s-sentenzi tal-Qrati tal-Magistrati fil-kompetenza civili taghhom fejn hemm ribadit il-principju li huma ghandhom kompetenza li jqisu hwejjeg li qabel kienu jaqghu taht il-kompetenza tal-Qorti tal-Kummerc, ladarba fl-1995 tnehha l-artikolu 38 tal-Kap 12 u mieghu tnehhiet il-Qorti tal-Kummerc.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni