Reference: 838/2001/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TOMLIN COMPANY LIMITED vs JON DAVID LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA, ANKI FI PROCEDURI SOMMARJI SENTENZA GHANDHA TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, DISPOSITTIV TA` - SENTENZA, ECCEZZJONI TAL-INKOMPETENZA TRID TIGI DECIZA B`KAP SEPARAT - SENTENZA, HTIEGA LI TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, L-ECCEZZJONIJIET KOLLHA SOLLEVATI JRIDU JIGU KUNSIDRATI - SENTENZA, META L-QORTI TONQOS MILLI TINDIRIZZA ECCEZZJONI LI TKUN GIET SOLLEVATA - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA` - SENTENZA, NULLITA` META ECCEZZJONIJIET LI JKUNU JRIDU JIGU DECIZI B`KAP SEPARAT MA JIGUX HEKK DECIZI - SENTENZA, NULLITA` TA` - META S-SENTENZA TKUN SOSTANZJALMENT GUSTA
Summary
Il-volonta` tal-gudikant tista' tittiehed anke mill-konsiderandi tas-sentenza, u li d-disposittiv maghandux jittiehed separatament mill-motivazzjoni izda ghandu jigi minn din definit u spjegat.

Ir-ragunament fil-motivazzjoni ta' sentenza u l-konkluzjoni minnu mehuda fil-kors ta' l-istess motivazzjoni, kemm-il darba tali konkluzjoni ma tifformax parti mid-disposittiv tas-sentenza innifisha,tikkostitwixxi decizjoni implicita kemm-il darba tali konkluzjoni tkun ifformat il-bazi u kienet necessarja sabiex wiehed jasal razzjonalment ghad-disposittiv ta' l-istess. Decizjoni implicita ghandha l-awtorita` kollha tal-gudikat.

Il-Qorti mhijiex strettament obbligata li tispecifika r-ragunijiet ghaliex kienet qed tichad l-eccezzjonijiet tal-konvenut. Hi biss mehtiega li tqis dawn l-eccezzjonijiet fl-isfond tar-ragunijiet li fuqhom tkun qed tibbaza d-decizjoni taghha. Decizjoni litrid tkun motivata fid-dawl ta' l-eccezzjonijiet moghtija imma mhux mehtieg ghall-validita` tas-sentenza li telabora oltre dwar dawn l-eccezzjonijiet moghtija.

L-unika eccezzjoni ghal dan hu f'dawk il-kazijiet fejn il-ligi tal-procedura timponi l-obbligu fuq il-Qorti li certu eccezzjonijiet kellhom jigu decizi b'kap separat u distint fid-disposittiv tas-sentenza.

L-Art 730 tal-Kodicita' Organizazzjoni u Procedura Civili. Inter alia, dan l-artikolu jiddetta illi l-eccezzjoni ta' inkompetenza ghandha tigi deciza b'kap separat ghalih, qabel, jew flimkien mas-sentenza fuq il-meritu. Fin-nuqqas is-sentenza tkun nulla.

Meta quddiem qorti fi grad ta' appell tingieb 'il quddiem eccezzjoni tan-nullita` tas-sentenza appellata, dik l-eccezzjoni ma ghandiex tintlaqa` jekk is-sentenza tkun gusta fis-sustanza taghha, hlief jekk l-eccezzjoni tkun ibbazata fuq nuqqas ta' gurisdizzjoni, jew fuq nuqqas ta' citazzjoni, jew fuq illeggitimita` ta' persuna jew fuq li s-sentenza ta' l-ewwel qorti hija extra petita jew ultra petita jew fuq kull difett iehor li jippregudika l-jedd ta'smiegh xieraq.

Hu evidenti min dan id-dispost illi fil-kaz ta' kwestjoni ta' kompetenza jew gurisdizzjoni l-abbinament "illi s-sentenza hi gusta fis-sustanza taghha" ma ticcentrax. Dan ghaliexin-nullita` sollevata tikkoncerna proprju wahda minn dawk eskluzi mill-portata ta' dik l-espressjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info