Reference: 588/2001/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATLAS INSURANCE AGENCY LTD NOE vs GOLLCHER COMPANY LIMITED NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT GUDIZZJARJU, META TIGI PPREZENTATA SKRITTURA MINN JEW KONTRA BASTIMENTI JEW INGENJI OHRA TAL-BAHAR - FREIGHT FORWARDER, FUNZJONI TA` - POLZA TA` KARIKU, VALUR PROBATORJU TA`
Summary
L-Artikolu 181A (3) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili in effetti jiddisponi illi "meta ghandha tigi pprezentata skrittura minn jew kontra bastimenti jew ingenji ohra tal-bahar, ikun bizzejjed li jissemma l-isem ta' dak il-bastiment jew ta' dawk l-ingenji l-ohra, skond il-kaz, u ma jkunx mehtieg li jissemma l-isem ta' xi persuna sabiex tirrapprezenta lil dak il-bastiment jew dawk l-ingenji".

Solitament freight forwarder ghandu l-veste guridika ta' intermedjarju biex iwassalil-merce minn punt ta' destinazzjoni ghall-punt ta' destinazzjoni iehor f'operazzjoni triangulari linormalment tinvolvi l-ispedizzjonijier u r-ricevitur. F'tali operazzjoni imbaghad jinserixxu ruhhom ukoll ir-rakkomandatarju tal-vapur, l-agent u l-vettural bil-bahar. Hi pero` realta` wkoll illi freight forwarder jista` jkun hu wkoll it-trasportatur u allura oltre l-funzjoni solita tieghu ta' intermedjarju tal-merce u tat-twassil taghha hu jassumi wkoll il-funzjoni ancillari ta' vettural.

Il-polza ta' kariku taghmel prova bejn il-partijiet kollha interessati fit-taghbija (Art 325 Kodici Kummerc). Li jfisser illi l-vapur iwiegeb ghal kull hsara jew nuqqas li ggarrab il-merkanzija.Tali oneru jinkombi fuq l-istess vapur billi hu prezunt li l-merkanzija tkun giet ricevuta abbord f'kundizzjoni tajba u allura hu mistenni li hekk jiskarikaha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info