Reference: 549/1997/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG IVAN PRO ET NOE vs AQUILINA GEORGE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI, EFFETT TAL-MEWT TA` PARTI FUQ - SENTENZA, ZBALL FL-OKKJU - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU, M`HEMMX GHALFEJN ISSIR TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU JEW IL-LEGITTIMAZZJONI TAL-ATTI META L-KAWZA TKUN DIGA` GIET DIFFERITA GHAS-SENTENZA
Summary
Huwa pacifiku illi l-avveniment tal-mewt ta' wahda mill-partijiet meta l-kawza mhiex konkluza joperanecessarjament l-interruzzjoni tal-gudizzju, bil-konsegwenza tan-nullita` ta' l-atti li jsiru fil-perijodu interruttiv. Ghal kull buon fini tajjeb li jinghad ukoll illi dan il-principju mhux assolutmeta l-kawza tkun waslet fl-istat li tkun tista' tigi gudikata. Il-mument li l-kawza tkun fl-istat li tigi deciza u f'liema ma jibqax aktar pregudizzju jew pirkolu ta' dannu jew disparita` ta' kundizzjoni ghall-parti li ghaliha l-att interruttiv ikun jirrigwarda huwa dak meta, wara li tkun intemmet id-diskussjoni, l-kawza tigi differita ghas-sentenza.

Hawnhekk saret trasfuzjoni tal-gudizzju li ma gietx riflessa fl-okkju tas-sentenza.

Issa hu minnu illi, kif akkolt mill-gurisprudenza, l-okkju ta' kawza ghandu mportanza relattiva u ma jitbiddelx fil-kors tal-kawza ghalkemm jista' jkun hemm kambjament fir-rapprezentanza tal-partijiet jew wahda minnhom.

Biex tigi kontemplata nullita` jrid jigi ppruvat illi dik il-bidla fir-rapprezentanza rrekat pregudizzju lill-parti l-ohra, liema pregudizzju ma jistax jigi rimedjat hlief bis-sanzjoni tan-nullita`, anki ghaliex il-korrettezza tar-rapprezentanza tinteressa primarjament lilll-persuna rapprezentata u l-aktar li jrid jigi protett huwa dak l-interess.

Il-Qorti ikkonsidrat nuqqas fl-okkju tas-sentenza u mhux fl-okkju tal-kawza. L-okkju tal-kawza ma jitbiddelx u li z-zieda ta' isem tal-parti li tkun dahhlet fil-kawza wara li tkun gja bdiet mhux essenzjali ghall-validita` tal-proceduri ghalkemm dejjem isir fil-prattika u hu desiderabbli li jsir hekk.

Ciononostante hu pero` mehtieg illi l-okkju tal-kawza jigi sewwa u bi precizjoni registrat fis-sentenza tal-Qorti fejn si tratta tal-partijiet in kawza. Partijiet li bil-ligi huma hekk konsidrati fit-termini preciz taghha.

Il-Qorti ta' l-Appell pero` ma ghandhiex is-setgha li tordna l-korrezzjoni ta' l-atti li jkunu saru quddiem l-ewwel Qorti u ghalhekk meta l-izball jigi konstatat fit-tieni istanza il-Qorti ta' l-Appell ma tistax taghmel haga ohra hlief li tikkonstata l-izball mhux korrett u thassar is-sentenza.

Zball fl-isem ta' wahda mill-partijiet fl-okkju hu zball ta' sustanza li l-Qorti ta' l-Appell necessarjament trid tissollevah "ex officio" in kwantu hu bl-okkju tas-sentenza li l-partijiet jigu identifikati u huma d-drittijiet u l-obbligi ta' dawk il-partijiet - persuni kontendenti fil-kawza - li jkunu qed jigu determinati fis-sentenza appellata. Is-sentenza taghmel stat u torbot lil dawk il-persuni u hu car lijekk dawn ma jkunux sewwa identifikati dik ir-rabta ma tirrizultax effikaci fil-ligi. L-izball allura jehtieg li jigi rettifikat. Il-Qorti ta' l-appell fit-termini ta' l-artikolu 175 tal-Kap 12 ghandha l-fakolta` li tikkoregi kull zball li jigi pprezentat wara s-sentenza ta' l-ewwel istanza imma din il-fakolta` ma testendiex sas-sentenza li tkun appellata quddiemha. Is-sitwazzjoni ma jidherx litbiddlet bl-emendi li saru fil-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili bl-Att XXIV tal-1995, is-subinciz 2 ta' l-artikolu 175 infatti ma jirrizultax b'xi mod emendat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info